Diversi players sospiżi, it-team Managaer ta’ Balzan jeħel sena

Il-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MFA issospenda għaxar players mill-Kampjonat BOV Premier wara s-sittax -il ġurnata tal-kampjonat.

Il-players sospiżi huma dawn:

Oscar Guerrero Balzan – żewġ logħbiet
Edison Bilbao Zarate Balzan – logħba
Amadou Samb Floriana – logħba
Pedro dos Santos Calcado Mosta – logħba
Tyronne Farrugia Mosta – żewġ logħbiet
Bojan Kaljevic Mosta – tliet logħbiet
Joao Gabriel da Silva Pieta’ – logħba
Emerson Vella Qormi – logħba
Carlos Heiva Menedez Tarxien – logħba
Rodeick Briffa Valletta – logħba

Vella, Menedez u Briffa ġew sospiżi logħba minħaba akkumulazzjoni ta’ erba’ karti sofor.

Intant it-team Manager ta’ Mosta Adrian Farrugia ġie sospiż tliet logħbiet minn fuq il-bank ta’ Mosta filwaqt li l-Kit Manager ta’ Balzan David Spiteri weħel sospensjoni ta’ sena b’dawn it-tnejn jiġi rrapurtati mir-referee tal-partita dwar il-battibekki li nqalgħu fi tmiem il-partita Balzan kontra Mosta.

Miktub minn...
TVM Sport
.