Futbol internazzjonali
Diversi tpinġijiet ta’ Jose Mourinho mal-ħitan ta’ Ruma

Fil-belt kapitali Taljana ta’ Ruma, Jose Mourinho għadu ma wasalx fiżikament iżda l-arja tiegħu diġà tinħass b’diversi tpinġijiet ma’ ħitani f’toroq differenti.

Harry Greb, hu wieħed minn dawk li pinġa lil Mourinho fuq scooter mal-ħajt tad-distrett, Testaccio.

Greb ġab lill-kowċ Portugiż bħal Gregory Peck fil-film Roman Holiday fuq mutur Vespa, Special One.

Fis-sigħat li għaddew, Roma ħabbru uffiċjalment li Mourinho se jkun il-kowċ tagħhom mill-istaġun li ġej.

Mourinho kien tneħħa minn kowċ ta’ Tottenham ġimgħatejn ilu.

Miktub minn...
TVM Sport