Waterpolo
‘Diżappuntat, xtaqt li ksibna riżultat aktar rispettabbli’ – Karl Izzo

L-Ewwel logħba tal-Kampjonat Ewropew tal-LEN 2018 iriżultat f’telfa kbira ta’ 21 għal 4 għat-team Nazzjonali Malti hekk kif il-Maltin affrontaw lit-team Nazzjonali tal-pajjiż ospitu Spanja.

Logħba li fiha l-Maltin marru 1-0 minn fuq b’goal ta’ Jerome Gabaretta li iżda kinet biss l-illużjoni ta’ xi ħaġa impossibli hekk kif Spanja kienu superjuri kemm fiżikament u anke tattikament tul l-erba’ sessjonijiet.

F’kummenti li ta lil TVM Sport wara l-logħba Izzo qal li kien dispjaċut ħafna b’din it-telfa fejn tenna li xtaq li kieku inkiseb riżultat aktar rispettabbli.

Is-sesjonijiet kienu mirbuħa minn Spanja hekk: (4-1), (5-0), (8-2) u (4-1)

Apparti l-goal inizjali ta’ Gabretta l-goals l-oħra għal Malta kienu skorkati tjen minn Stevie Camilleru u ieħor minn Matthew Zammit.

It-tieni logħba ta’ Malta fi Grupp B tkun nhar l-Erbgħa fil-5pm kontra l-Montenegro fejn l-uniku objettiv kontra dan it-team qawwi se tkun is-sistema ta’ ‘damage control’. It-tielet logħba tal-Grupp tkun kontra Franza l-Ġimgħa fis-6.30pm.

RITRATT: Deepbluemedia / LEN

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

Waterpolo: Illum ġie fi tmiemu l-ewwel fażi tal-Kampjonat Premier tal-Waterpolo bi tliet logħbiet. Fl-ewwel logħba Exiles Elia Caterers 10 – Sliema Frank Salt Real Estate 7. F’logħba oħra Sirens Greentube 11 –…

Sport Lokali

Jordan Camilleri ser jimxi wara l-passi ta’ ħuħ Stevie Camilleri b’esperjenza ġdida l-istaġun li ġej fil-kampjonat Taljan A1 ma’ Roma Nuoto. Camilleri li għandu 25 sena huwa plejer versatili u…

Waterpolo

It-team nazzjonali ta’ taħt il-15 -il sena jinsab impenjat f’tournament internazzjonali fis-Serbja fid-Darko Dudic memorial. Taħt it-tmexxija tal-kowċ Anthony Farrugia it-team Malti illum tilef 18-2 kontra l-Istati Uniti u allura…

Aktar