Tennis
Djokovic iniedi attività tennistika fil-Balkani

It-tennist Novak Djokovic irritorna lura f’pajjiżu wara li għal xahrejn spiċċa maqbud f’Marbella fi Spanja minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Fir-ritorn tiegħu fis-Serbja Djokovic ħabbar li matul ix-xahrejn li għamel maqbud fi Spanja ma ħeliex ħin u organizza attività li ser issir madwar il-Balkani kollu.

F’kummenti li Djokovic ta malli wasal is-Serbja, qal li kien fortunat li xorta waħda seta’ jitħarreġ kuljum minħabba li fejn kien qed joqgħod kien hemm court tat-tennis fuq wara tad-dar. U matul il-konferenza tal-aħbarijiet fl-ajruport, Djokovic ħabbar li flimkien miegħu ser ikun hemm tliet ismijiet oħra ta’ tennisti kbar li ser jieħdu sehem fit-tournament li ser isir bejn it-13 ta’ Ġunju u l-5 ta’ Lulju. Ir-rebbieħ ta’ 17-il Grand Slam qal li Dominic Thiem, Grigor Dimitrov u Alexander Zverev ser ikunu qed jieħdu sehem f’dan it-tournament li ser jibda fit-13 ta’ Ġunju b’logħba f’Belgrad u logħba oħra l-għada.

Fl-20 u l-21 ta’ Ġunju ser isir il-logħob fil-Kroazja, filwaqt li l-Montenegro u l-Bożnja-Ħerzegovina ser jospitaw l-aħħar żewġ legs tal-kompetizzjoni. L-erba’ tournament fil-pajjiżi differenti tal-Balkani ser ikunu komposti minn tmien tennisti, maqsuma f’żewġ pools, bir-rebbieħa ta’ kull pool jgħaddu biex jilagħbu kontra xulxin fil-finali.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Tennis

Għall-edizzjoni tar-Roland Garros tal-2020 se jitħallew jidħlu spettaturi sa 60% tal-ispazju li jesgħu l-courts tat-tennis li se jkun qed jintlagħab it-tournament. L-organizzaturi tal-Open ta’ Franza qalu li se jkunu qed…

Tennis

Il-leġġenda Martina Navratilova, meqjusa bħala waħda mill-aqwa tennisti femminnili fl-Istorja, qalet li Coco Gauff hi tennista b’potenzjal li tista tibdel id-dinja għall-aħjar. It-tennista żagħżugħa Amerikana kellha diskors b’saħħtu ħafna waqt…

Tennis

Tennis: Tkompli l-kontroversja wara l-Adria Tour it-tournament tat-Tennis li organizza it-tennista Serb Novak Djokovic. Illum it-tennista Awstraljan Nick Kyrgios ikkritika bil-qawwa l-atteġjament xejn professjonali tat-tennista Alexander Zverev li meta dan…

Tennis

Maria Sharapova, waħda mill-aqwa tennisti femminili fid-dinja f’dawn l-aħħar snin, ħabret li rtirat mill-karriera professjonali tagħha. Ir-Russa ta’ 32 sena kellha karriera brillanti b’36 titlu WTA u kienet damet 21…

Aktar