Futbol lokali
Dodo Soares ta’ Hamrun Spartans jirbaħ l-unur tal-Plejer tax-Xahar għal Frar

L-attakkant ta’ Ħamrun Spartans, Dodo Soares, għat-tielet darba konsekuttiva tul dan l-istaġun, rebaħ l-unur tal-BOV Plejer tax-Xahar.

L-unur tal-Plejer tax-Xahar ta’ Frar għal Soares, ikompli jikkonferma kemm dan il-plejer kien strumentali biex Ħamrun kisbu dan is-suċċess.

Ix-xahar ta’ Frar kien wieħed kruċjali għal Ħamrun Spartans fil-mixja tagħhom lejn ir-rebħ tal-kampjonat, tant li rreġistraw erba’ rebħiet, kontra Gudja United, Birkirkara, Balzan u Gżira, b’Dodo Soares jiskorja dopjetta fl-ewwel żewġ logħbiet.

Dodo Soares għażel li d-donazzjoni marbuta ma’ dan l-unur tmur għand ‘Little Sisters of the Poor’ tal-Ħamrun.

Miktub minn...
TVM Sport