Futbol lokali
Dominanza assoluta ta’ Hibernians fuq Lija A.

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21

Hibernians…….….8

Lija A………………..1

Hibernians ħadu l-opportunita biex juru is-saħħa tat-tim tagħhom f’dan l-istaġun b’dominanza assoluta fuq Lija A

L-ewwel azzjoni perikoluża ta’ Hibernians wara kwarta logħob, azzjoni maħduma tajba bejn Almeida u Degabriele finalment pass fin-nofs li jasal għand Jake Grech b’ xutt li ħabat mal-lasti ta’ Lija.

Mat-18 –il minuta Hibernians meritatament marru fil-vantaġġ pass fit-tul lejn Bjorn Kristensen dan li b’altruiżmu għażel li jqassam lil Jose Texeira bix-xutt tiegħu ma falliex. Mal-21 minuta Leon Muscat deher mess il-ballun b’idu fil-kaxxxa b’Johnson jordna l-penalty biex il-ġirja ta’ Jake Grech mill-ħdax –il metru għamilhom 2-0. Madankollu Hibernians ma tantx damu jgawdu dan il-vantaġġ għaliex 2 minuti biss wara Cross mill-lemin u x-xutt dirett ta’ Fernando Javier Brandan bl-ebda ċans lil Calleja Cremona jsalva. Mas-27 minuta reġa kien Brandan ċans tad-deheb biex iġib id-draw ballun destinat fir-rokna tax-xibka devjet mill-Goal Keeper. Hibernians jagħmluhom 3-1 ballun għand Bjorn Kristenson b’xutt kalm pero determinat bid-difiża ta’ Lija wieqfa jitfa wara Luke Bonnici. Hibernians b’dominanza reġaw sabu ix-xibka fil-51 minuta, kien Degabriele li għadda l-ballun lejn Texeira Cross lejn Shola Shodija li għamilhom 4-1 biex umbgħad Hibernians issiġillaw ir-rebħa u t-3 punti fil-53 minuta Cross mix-xellug bid-difiża statika għal kollox daqqa ta’ ras ta’ Shola Shodija jagħmilhom 5 u dopjetta personali. Hibernians għamulhom 6-1 kien is-sostitut Winchester li rċieva pass tajjeb minn azzjoni mibnija b’organizzzjoni ta’ Hibernians li ma falliex. Rassenjazzjoni mit-tim ta’ Galea – difiża wieqfa ġirja impressjonanti ta’ Winchester – doppjetta u gowl b’lasti vojta. Jake Grech jiskurja it-8 gowl għal Hibernians wara pass tas-sostitut Connor Zammit mad-90 minuta biex għalaq il-partita u 3punti għal Hibernians

BOV Player tal-Logħba: Shola Shodija – Hibernians

Referee: Alex Johnson

Formazzjonijiet:

Hibernians:  Matthew Calleja Cremona, Ferdinando Apap (56’ Zachary Grech), Leandro Almeida, Jake Grech, Jurgen Degabriele (65’ Connor Zammit), Bjorn Kristensen (56’ Ayrton Attard), Dunstan Vella, Gabriel Izquier, Shola Shodija (56 Renold Winchester), Andrei Aguis, Jose Texeira,

Lija A: Luke Bonnici, Joseph Cassar (45’ Joseph Cassar), Leon Muscat, Daniel Scerri, Neil Micallef, Fernando Brandan, Ryan Darmanin, Cruz Gill, Nicolas  Mclaren (56’ Ryan Dalli), Andre White, Goncalves Alhinho.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.