International Sports
Donald Trump jispera li jara l-partitarji lura fl-areni u fl-istadia kemm jista’ jkun malajr

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump qal li jispera li jara lill-partitarji kollha tal-isport lura fl-areni u l-istadia sportivi kemm jista’ jkun malajr.

Trump qal dan f’kumment li ta lill-Kummissarji tal-Isport ilbieraħ.

Trump qal lill-Kummissarji mill-NFL, NBA, NHL, il-Major League Baseball u l-Major League Soccer biex ikunu pożittivi li dan iż-żmien se jgħaddi malajr.

Il-President tal-istati Uniti qal li dan il-mument se jkun meta l-pajjiż ifiq mill-pandemija tal-coronavirus, malajr kemm jista’ jkun.

Aktar minn 306,000 persuna fl-Istati Uniti huma nfettati bil-virus u fil-pajjiż kienu rrapurtati aktar minn 8,300 mewt.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
International Sports

Alex Pullin, l-atleta tal-Awstralja, darbtejn Champion tad-Dinja tal-isnowboarding, instab mejjet fl-età ta’ 32 sena. Il-Pulizija kkonfermaw li Pullin instab fil-bajja ta’ Queensland Gold Coast u kien qed jistad meta ħassu…

International Sports

L-ex sewwieq tal-Formula 1 Alex Zanardi jinsab f’kundizzjoni kritika wara li lbieraħ filgħaxija kien involut f’inċident bil-handbike. Zanardi ġie operat urġenti f’rasu wara inċident ikrah fit-toroq ta’ Pienza ma’ trakk…

Ibburdjar

Żewġ timijiet li ser ikunu qed jisfidaw lil xulxin fl-America’s Cup kmieni s-sena d-dieħla ngħataw il-permess li jidħlu fi New Zealand biex jibdew il-preparamenti tagħhom. It-timijiet ta’ American Magic u…

MMA - UFC

Il-Fighter Irlandiż Conor McGregor reġa’ qal permezz ta’ Twitter li se jkun qed jirtira. Din hi t-tielet darba li l-fighter rebbieħ ta’ żewġ titli tal-UFC qal li se jkun qed…

Aktar