Futbol internazzjonali
Donazzjoni ta’ €1 miljun kull wieħed minn Messi u Guardiola fil-ġlieda kontra l-coronavirus

L-attakkant ta’ Barcelona Lionel Messi u l-manager ta’ Manchester City Pep Guardiola taw €1 miljun kull wieħed fil-ġlieda kontra l-Covid-19. Id-donazzjoni ta’ Messi ser tkun maqsuma bejn sptar f’Barcelona u ieħor fl-Arġentina. Min-naħa l-oħra, il-manager Guardiola ta d-donazzjoni tiegħu lill-kampanja mnedija mill-Fondazzjoni Angel Soler Daniel u l-Kulleġġ Mediku ta’ Barcelona. Qabel id-donazzjoni ta’ Guardiola, il-Fondazzjoni kienet ġabret €33,000 fi tlett ijiem, bit-tama li Spanja jirnexxilha tirbaħ il-ġlieda qalila kontra l-coronavirus. Spanja huwa t-tieni l-aktar pajjiż fl-Ewropa milqut ħażin mill-pandemija tal-coronavirus, bi ftit aktar minn 42,000 każ u kważi 3,000 persuna li tilfu ħajjithom. Ir-reġjun tal-Kataljuna huwa wieħed mill-aktar reġjuni milquta fi Spanja, simili għas-sitwazzjoni tar-reġjun tal-Lombardija fl-Italja.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Pożizzjoni ċara u soda mill-Club tas-Serie A Lazio hekk kif id-Diriġent Sportiv tagħhom l-Albaniż Igli Tare tenna li l-kampjonat ta’ dan l-istaġun għandu jitkompla u jintemm fl-aħħar ġurnata kif oriġinalment…

Futbol internazzjonali

Jack Grealish il-player ta’ Aston Villa kien kostrett jirrekordja messaġġ fuq il-mezzi soċjali tiegħu u jiskuża ruħu quddiem kulħadd talli fi tmiem il-ġimgħa ħareġ minn daru u mar jiltaqa’ ma’…

Futbol internazzjonali

Lionel Messi kkonferma li l-plejers ta’ Barcelona ser ikollhom 70% mill-paga mnaqqsa sabiex il-klabb jagħmel ċert li l-impjegati l-oħra jitħallsu l-pagi tagħhom matul il-lockdown fi Spanja. Minbarra t-tnaqqis drastiku fil-paga,…

Futbol internazzjonali

Il-captain ta’ Tottenham u tal-Ingilterra Harry Kane qal li l-Premier League Ingliż għandu jiġi null jekk ma jitkomplix sal-aħħar ta’ Ġunju. Il-futbol kollu fl-Ingilterra jinsab wieqaf minħabba l-pandemija tal-coronavirus. Kane…

Aktar