Euro2020
Donny van de Beek barra mill-Uefa Euro 2020 ukoll

L-Isfortuna ta’ plejers għal-Euro 2020 tkompli, fejn issa anke l-plejer internazzjonali Olandiz u ta’ Manchester United Donny van de Beek ġie konfermat li se jkollu jitlef il-dan il-kampjonat ewropew.

Ir-raġuni hi li van de Beek għandu problemi fiżiċi u mhux se jirkupra. L-isfortuna għal van de Beek qed tkompli wara l-istaġun deludenti li kellu ma’ Manchester United, fejn beda biss erba’ logħbiet fil-Premier League Ingliż. Il-kowċ Frank De Boer sostna li mhux se jtella plejer ieħor flok van de Beek u allura se jilgħab il-kampjonat Ewropew b’25 plejer.

 

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.