Futbol internazzjonali
Doppjetta tal-‘El Matador’.. Cavani jpoġġi lill-Urugwaj fil-KF.. Portugall barra

Tazza tad-Dinja
Fażi l-aħħar Sittax
Urugwaj ……. 2
Portugall …… 1

Franza kontra Urugwaj fil-Kwarti Finali nhar il-ġimgħa fl-erbgħa ta’ wara nofsinhar.

L-Urugwaj eliminaw liċ-Champions renjanti tal-Ewropa l-Portugall meta għelbuhom bl-iskor ta’ 2-1 sad-disgħin minuta.

Urugwaj fil-vantaġġ fis-seba’ minuta meta kross preċiż minn fuq ix-xellug ta’ Luis Suarez, ballun fuq Edinson Cavani li bir-ras għeleb lill-goalkeeper Rui Patricio.

Tnejn u għoxrin minuta Urugwaj mill-ġdid perikolużi bi freekick ta’ Luis Suarez din id-darba l-goalkeeper li għadu kemm ingħaqad ma’ Wolves fil-Premier League fl-Ingilterra kien attent u salva tajjeb.

Ħamsa u ħamsin minuta d-draw għall-Portugal meta minn kross ta’ Raphael Guerreiro minn fuq ix-xellug, għola fuq kulħadd Pepe u bi ġmiel ta’ daqqa ta’ ras id-difensur ta’ Besiktas fit-Turkija għamel l-iskor indaqs 1-1.

Għaddew seba’ minuti mid-draw Portugiż meta minn ballun il-quddiem ta’ Nahitan Nandez, reġa kien elmatador li ma’ ħasibix darbtejn, vantaġġ mill-ġdid għall-Urugwaj, għal darb’oħra Edinson Cavani li b’xutt bid-dawra u Rui Patrcio megħlub għat-tieni darba.

Sebgħin minuta Portugall viċin Muslera nċert fil-ħarġa tiegħu, iżda l-attakkant ta’ Manchester City Bernardo Silva minn qagħda tajba kkonkluda għoli.

Riżultat finali s-Sibt filgħaxija f’Sochi mill-fażi tal-aħħar Sittax, Urugwaj tnejn, Portugall wieħed.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Kwalifikazzjoni Kampjonat Euro UEFA 2020 European Qualifiers – Grupp F Malta…………….. 2 Gżejjer Faroe……1 Malta bdiet bl-aħjar mod l-impenji tagħha fil-kampjonat Ewropew 2020 meta f’Ta’ Qali f’logħba mill-iktar eċċitanti għeleb…

Futbol internazzjonali

Illum komplew jintlagħbu aktar logħbiet mill-kwalifikazzjoni għall-Euro 2020 meta minn Grupp A f’Wembley Stadium l-Ingilterra bdew bil-kbir l-impenji tagħhom dan wara li huma għelbu lir-Repubblika Ċeka bl-iskor ta’ 5-0.  L-eroj…

Futbol internazzjonali

L-attakkant Brażiljan ta’ Paris St Germain Neymar ġie akkużat mill-UEFA talli insulenta lir-referee wara li t-tim Franċiż safa eliminat mir-round tal-aħħar sittax tal-UEFA Champions League minn Manchester United. Neymar li…

Futbol internazzjonali

Ilbieraħ filgħaxija bdew il-logħbiet tal-gruppi ta’ kwalifikazzjoni għall-EURO 2020, b’diversi riżultati li wħud minnhom kienu mistennija u oħra waslu b’sorpriża. Mistennija r-rebħiet tal-Olanda, il-Kroazja, il-Polonja u l-Belġju, filwaqt li l-Każakstan…

Aktar