Futbol lokali
FILMAT – Doppjetta t’Iriberri tagħti rebħa lil Hibernians fuq Balzan

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019-20

Hibernians……2

Balzan………….1

Tasal is-sitt rebħa ta’ Hibernians f’dan l-istaġun meta fl-Istadium Nazzjonali huma għelbu lil Balzan bl-iskor ta’ 2-1. Logħba bla wisq azzjonijiet perikolużi, b’ħafna pussess mitluf miż-żewġ naħat, u għalkemm il-Pawlisti rebħu t-taqtiegħa f’nofs il-grawnd u finalment rebħu l-logħba, xorta waħda ma bbrillawx, imma fl-aħħar mill-aħħar huma t-tliet punti li jgħoddu. Għal Balzan dan kien skoss ieħor, il-ħames telfa fil-kampjonat, u għall-kowċ Jacques Scerri jkompli t-taħbil il-moħħ kif jista’ jagħmel biex it-tim li qed imexxi jerġa’ jkun kompetittiv.

Stefano Sanderra wettaq żewġ bidliet mill-aħħar formazzjoni li beda biha fil-kampjonat, b’Matthew Calleja Cremona jieħu post Marko Jovicic bejn il-lasti u Ferdinando Apap beda minflok Timothy Tabone Desira. Fuq in-naħa l-oħra Jacques Scerri għamel bidla waħda meta beda Arthur Faria Machado minflok Ricardo Correa Duarte.

Il-Pawlisti kellhom bżonn biss azzjoni waħda biex jiftħu l-iskor kmieni fil-logħba għax wara tmien minuti kienu diġa’ marru fuq quddiem. Mill-corner ta’ Grech, Imanol Iriberri għola tajjeb u b’daqqa ta’ ras fir-rokna għeleb lil Naumovski għal 1-0. Ir-reazzjoni ta’ Balzan kienet xi ftit fjakka u taħt xita kontinwa baqgħu jippruvaw joħolqu xi azzjonijiet li iżda qatt ma’ kienu perikolużi. Imma fid-39 minuta Balzan għamlu l-iskor indaqs meta f’azzjoni oħra li dehret li ser tisfuma fix-xejn, il-ballun kien maqlugħ ‘il barra imma wasal f’saqajn Steven Pisani li venven xutt bomba mid-distanza u tefa’ l-ballun fir-rokna għal 1-1. Żewġ minuti wara wasal xutt ieħor mid-distanza, din id-darba minn Nanni, u l-goalkeeper Naumovski rnexxielu jtajjar.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima Hibernians kienu perikolużi meta Grech daħal fil-kaxxa minn qagħda angolata, imma x-xutt finali tiegħu kien imtajjar minn Naumovski. Risposta minn Balzan fil-lasta l-oħra meta Faria Machado qassam lejn Majdevac iżda hawnhekk ukoll Calleja Cremona kien attent biex tajjar it-tentattiv tal-avversarju. Qrib is-siegħa logħob Hibernians kellhom żewġ azzjonijiet perikolużi, l-ewwel permezz ta’ Iriberri li l-goalkeeper irnexxielu jtajjar, u mill-corner segwenti, id-daqqa ta’ ras t’Agius għaddiet ftit barra. Mat-tmenin minuta Calleja Cremona reġa’ kellu jkun providenzjali għall-Pawlisti biex dawwar f’corner ix-xutt ta’ Majdevac u minuta wara Hibernians ingħataw penalty meta Imanol Iriberri twaqqa’ fil-kaxxa u l-istess plejer tefa’ l-ballun naħa u l-goalkeeper oħra u għat-tieni darba f’dan il-konfront reġa’ poġġa lil ta’ Raħal Ġdid minn fuq. Fis-86 minuta kienu Balzan li kellhom għajta għal penalty miċħuda bil-plejers Balzanin jipprotestaw mar-referee Grech.

Riżultat finali: Hibernians 2  Balzan 1

BOV Player tal-Logħba:

Referee: Emaneul Grech

Formazzjonijiet:

Hibernians: Matthew Calleja Cremona (GK), Ferdinando Apap, Leandro Da Silviera, Essien Joseph Mbong, Jake Grech (Jurgen Degabriele 80’), Bjorn Kristensen (c), Dunstan Vella, Gabriel Izquier Artiles, Andrei Agius, Leonardo Nanni (Jens Alex Wemmer 74’), Imanol Iriberri (Terrence Groothusen 87’)

Balzan: Kristijan Naumovski (GK), Augustine Loof, Aleksandar Kosoric, Steven Pisani, Steven Bezzina (c), Michael David Johnson, Paul Fenech, Uros Ljubomirac, Stefan Dimic (Alfred Effiong 72’), Arthur Faria Machado (Ryan Scicluna 81’), Andrija Majdevac.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

The Malta F.A Trophy ir-4 Rawnd  Valletta……..4  Sirens……….1 Valletta jaqtgħu passaġġ għall-kwarti finali ta’ The Malta FA Trophy, meta b’ċertu kumdita jegħlbu lil Sirens bl-iskor ta’ 4-1 u jistennew issa…

Futbol lokali

FA TROPHY 2019/20 Swieqi Utd………..1 Ħamrun SP……….3 Wara ħames minuti logħob, Ħamrun ingħataw penalty meta Marc Attard waqqa’ lil Jorge Soares fil-kaxxa pero ix-xutt mil-ħdax il-metru tal-istess Soares kien imblukkat tajjeb…

Futbol lokali

Żewġ gowls lejn it-tmiem kienu biżżejjed sabiex il-liders tat-tieni diviżjoni San Ġiljan Saints jaħsdu lil Valletta St Pauls u jeliminawhom mill-kompetizzjoni tal-MAFA Knock-Out. It-tim minn San Ġiljan ingħaqad ma’ Versity…

Futbol lokali

FA Trophy 2019/20 Floriana……..2 Senglea………0 (Wara l-ħin barrani) Fit-tieni partita li  kellna fil-Hibs Stadium mill-FA Trophy il-leaders Floriana għaddew għall-kwarti tal-finali meta għelbu lil Senglea A. bl-iscore ta’ 2-0 fil-ħin…

Aktar