Futbol internazzjonali
Dortmund jarmu vantaġġ ta’ tlett gowls

Il-leaders tal-Bundesliga Borussia Dortmund sfaw miżmuma fi draw ta’ 3-3 minn Hoffenheim dan wara li kienu tlett gowls fil-vantaġġ. Kien l-internazzjonal Ingliż Sancho li fetaħ l-iskor fit-32 minuta b’Mario Gotze jirdoppa żewġ minuti minn tmiem l-ewwel taqsima. Fis-66 minuta huma skurjaw it-tielet gowl minn Raphael Guerrero. Kien fl-aħħar kwarta li bdiet ir-rimonta ta’ Hoffenheim li skurjaw minn Ishak Belfodil fil-75 minuta, Pavel Kaderabek fit-83 minuta u tlett minuti mit-tmiem mill-ġdid minn Ishak Belfodil għal draw drammatiku.

Sorprendenti wkoll it-telfa xejn mistennija ta’ Borussia Moenchengladbach li sfaw mgħeluba f’darhom minn Hertha Berlin bl-iskor ta’ 3-0. Il-gowls waslu minn Salomon Kalou man-nofs siegħa logħob, Ondrej Duda fis-56 minuta u fis-76 minuta minn Davie Selke. B’hekk huma m’approfittawx min nofs żelqa ta’ Dortmund.

Iżda Bayern Munich kienu l-aħjar li marru fejn issa jinsabu b’punti daqs Moenchengladbach fit-tieni post tal-klassifika. Dan wara li huma għelbu lil Schalke bl-iskor ta’ 3-1. Auto gowl ta’ Jeffrey Bruma fil-11 il-minuta fetaħ it-triq għal din ir-rebħa. Wara li Ahmed Kutucu kiseb il-gowl tad-draw momentanju fil-25 minuta, Munich skurjaw darbtejn oħra mill-Pollakk Robert Lewandowski fis-27 minuta u Serge Gnabry fis-57 minuta.

Fil-klassifika Dortmund għandhom 49 punt segwiti minn Borussia Moenchengladbach u Bayern Munich bi 42 punt b’Leipzig jokkupaw ir-raba’ post b’37 punt.

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Wolves 1  Manchester United 1 Mill-Kampjonat Premier Ingliż, Wolves ħadu t-tieni draw minn daqstant logħbiet meta f’darhom ġew 1-1 ma’ Manchester United. Kienu r-Red Devils li marru fil-vantaġġ mas-27 minuta…

Futbol internazzjonali

Brescia ippreżentaw uffiċjalment lill-attakkant internazzjonali Taljan Mario Balotelli li se jkun qed jirritorna jilgħab fl-Italja wara nuqqas ta’ tliet snin. Fl-intervent tiegħu, il-plejer ta’ 29 sena qal li jinsab kalm…

Futbol internazzjonali

FUTBOL INTERNAZZJONALI Bayern Munich għadhom kemm akkwistaw b’self mingħand Barcelona lill-attakkant Brażiljan Philippe Coutinho. Hekk kif ġie ppreżentat lill-mezzi tax-xandir Ġermaniżi, Coutinho deher ferm ħerqan sabiex jibda din l-avventura ġdida….

Futbol internazzjonali

Il-kowċ ta’ Real Madrid Zinedine Zidane qal li Gareth Bale ser jibqa mal-Madrileni dan wara li huwa pproduċa wirja tajba sabiex Real għelbu lil Celta Vigo bl-iskor ta’ 3-1. Wara…

Aktar