X

Drag Racing: Duncan Micallef ma rnexxielux iżomm it-titlu ta’ Champion tad-Dinja

Drag Racing: Duncan Micallef ma rnexxielux iżomm it-titlu li hu rebaħ is-sena li għaddiet bħala champion tal-kampjonat Ewropew tad-Drag Racing hekk kif fit-trakka ta’ Santa Pod fl-Ingilterra fis-sitt round kien eliminat fil-kwarti tal-finali minn Antti Horto.

Antti Horto min naħa tiegħu tilef is-semi finali meta iltaqa’ ma’ Jndia Erbacher li tilfet il-finali kontra l-Fillandiża Anita Makela, fejn Makela ħarġet rebbieħa u b’hekk rebħet ukoll is-sitt round u kienet dikjarata Champion tal-kampjonat ta’ din is-sena.

Sandro Micallef :Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.