Motorsport
Drag Racing: Duncan Micallef pass eqreb lejn ir-rebħ tal-Kampjonat Ewropej

Drag Racing: Is-Sewwieq Malti Duncan Micallef għamel pass kbir sabiex jirbaħ il-kampjonat Ewropew tad-Drad Racing 2017 hekk kif illum reġa’ ddomina fit-trakka ta’ Hockenheim fil-Ġermanja. Din tal-lum kienet it-tielet rebħa konsekuttiva ta’ Duncan Micallef mill-erba’ rounds sa issa ta’ dan il-kampjonat. Fil-finali tal-lum Micallef għamel ħin ta’ 3.99 ta’ sekonda. F’kummenti li ta’ lil TVM Sport mill-Ġermmanja wara r-rebħa tal-lum Micallef qal li jinsab ferm kuntent hekk kif b’din ir-rebħa hu irnexxielu virtwalment jagħlaq il-kampjonat. Micallef spjega li issa hu għandu xejn inqas minn 108 punti vantaġġ fuq l-eqreb rivali tiegħu meta fadal biss żewġ avvenimenti b’total ta’ sitt rounds. Biex Micallef jitlef dan il-kampjonat hu jrid ma jieħux punti f’dawn l-ħħar sitt rounds u l-eqreb rivali tiegħu jirbaħhom kollha. L-avventiment li jmiss issa jsir nhar it-Tlieta l-Iżvezja fit-Tierp Arena.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.