Motorsport
Drag Racing: Organizzat it-tieni rawnd tal-kampjonat nazzjonali

L-Assoċjazzjoni Maltija għad-Drag Racing organizzat it-tieni rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali tad-Drag Racing għal pajjiżna, ġewwa t-trakka ta’ Ħal Far bejn il-Ħamis u l-Ħadd 3 ta’ Ġunju.

Mario Scerri rebaħ il-bracket ta’ bejn 13 u 13.49 sekonda, Nicolai Grech rebaħ il-bracket ta’ bejn 12.50 u 12.99 sekondi, Rodney Farrugia rebaħ il-bracket ta’ bejn 12.00 u 12.49 sekonda, Manwel Galea rebaħ il-bracket bejn 11.00 u 11.49 sekondi, Glenn Caruana rebaħ il-bracket ta’ bejn 10.50 u 10.99 sekondi. Felix Zammit u Irving Schembri rebħu l-brackets ta’ bejn 10.00 u 10.49 sekondi u 9.50 u 9.99 sekondi rispettivament. Neil Gauci rebaħ il-klassi Handicap One filwaqt li Rodney Farrugia rebaħ il-klassi Handicap Two. Valter Mallo rebaħ il-klassi tal-muturi SS1 kif ukoll l-Open Class, u Chris Vella jirbaħ il-Klassi Index 8.5.

Patrick Xerri rebaħ kemm l-Open Class 2 kif ukoll l-Open Class 3 filwaqt li Irving Schembri rebaħ il-Front Wheel Drive Open Class. Dragster Class 4 ġiet mirbuħa minn Terrence Ridley filwaqt li Patrick Cassar rebaħ il-klassi Dragster 5. Dragster Top Alcohol ġiet mirbuħa minn Matthew Carabott u Junior Dragster ġiet mirbuħa minn Luca Mangion. Front Wheel Drive Outlaw Class intrebħet minn Melvin Vella.

Escort class 2 u Escort class 3 intrebħu minn Rosello Cassar u Paul Fenech rispettivament. L-Aqwa reazzjoni fuq-id-dawl matul dan ir-round kienet dik ta Martin Scerri.

L-avveniment li jmiss ġewwa t-trakka ta’ Hal Far ser isir fis-6 ta Lulju filgħaxija għall-karozzi tat-triq u t-tielet round tal-kampjonat fid-19, 20 u 21 ta’ Lulju filgħaxija. Matul is-sajf it-trakka qiegħda tkun miftuħa għad-dilettanti kull nhar ta’ Ħamis filgħaxija.

Fi tmiem il-ġimgħa li ġejja l-attenzjoni ser iddur Tierp Arena fl-Izvezja fejn Duncan Micallef iċ-Ċhampion Renjanti Ewropew ser jkun qiegħed jikkompeti fit-tieni rawnd tal-kampjonat Ewropew tad-Drag Racing għal din is-sena kif ukoll ġewwa Malta se jkollna it-tielet rawnd tal-kampjonat tal-Hillclimb ġewwa l-Imtahleb organizzat mill-Island Car Club.

Miktub minn...
TVM Sport