Motorsport
Dragracing: Jispikkaw Tyson Debono, Mario Borg, Alan Muscat u Luca Mangion

Bejn il-Ħamis 11 u s-Sibt 13 ta Lulju, fit-trakka tal-kwart ta’ mil ġie organizzat it-tielet rawnd tal-kampjonat nazzjonali Enemed Drag Racing. Dan ir-rawnd ġie organizzat mill-Assoċjazzjoni Maltija Għad-Drag Racing. Bħal ma jiġri kull sena dan ir-rawnd jkun differenti mill-erba’ l-oħra peress illi isir matul il-lejl hu b’hekk huwa magħruf mad-dilettanti bħala l-kwart ta’ mil ta bil-lejl.

Il-Brackets intrebħu minn Neil Gauci, Felix Zarb, Billy Lowhing, Conrad Vella, Daniel Micallef, Chris Gauci, Christian Azzopardi, Semira Galea, Dennis Desira u John Martin. Index Class 1 intrebħet minn Luke Mercieca segwit minn Charlton Zammit u Clinton Degiorgio. Index Class 2 intrebħet minn Kevin Gauci, Neil Gauci u Semira Galea. Bracket tal-Muturi intrebħet minn Franklyn Borg. Open Class 3 u Extreme 2 Class intrebħu minn Clint Fenech, Front Wheel Drive Open Class intrebħet minn Chris Gauci. CA6 Class intrebħet minn Anthony Vella. Escort Class 2 u Class 3 intrebħu minn Christian Pace. Mario Borg Rebaħ l-Open 6 Class filwaqt li il-klassi SM3 intrebħet minn Glenn Caruana.

Id-diversi Klassijiet tad-dragsters intrebħu kif ġej,  Tyson Debono rebaħ il-klassijiet D4 u D5 filwaqt li Mario Borg rebaħ id-D6, Alan Muscat rebaħ id-DTF Class u Luca Mangion rebaħ il-Junior Dragster. L-aqwa reazzjoni fuq id-dawl kienet dik ta Neil Gauci.

Ir-raba’ rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali Enemed Drag Racing ser jittella’ bejn il-Ġimgħa 27 u il-Ħadd 29 ta Settembru.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Il-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport tixtieq tifraħ lil Island Karting Club għall-inawgurazzjoni tal-korsa tal-karting f’Ħal Far. Il-Federazzjoni hija grata lejn kull min kien involut fosthom Infrastructure Malta għall-appoġġ tagħhom fit-tlestija ta ’din…

Motorsport

Iċ-Ċili se jkunu qed jospitaw l-ewwel tellieqa fil-kalendarju tal-Formula E, ‘the Santiago E-Prix’. L-ewwel tellieqa ssir fis-16 ta’ Jannar. Il-kampjonat itemm bl-aħħar Grand Prix f’Londra, f’Lulju. Il-line up tal-kalendarju kien…

Motorsport

Il-Malta Motorsport Federation ilha taħdem mill-qrib mal-FIA fuq inizjattiva ġodda specjalment f’dan iż-żmienijiet ta’ impatt tal-COVID-19, biex toħloq programm online ta’ taħriġ għas-sewwieqa żgħażagħ (YDP). Il-President tal-MMF, Tonio Cini, iddikjara…

Motorsport

Is-sewwieqa tal-Mercedes Lewis Hamilton u Valtteri Bottas irritornaw fuq iċ-ċirkwit ta’ Silverstone għall-ewwel darba minn Frar li għadda meta bdew it-taħriġ taħt protokolli ġodda. Is-sewwieqa bdew jitħarrġu b’restrizzjonijiet minħabba l-pandemija…

Aktar