Dragracing: Kalanċ Racing Team jirbħu l-kampjonat Ewropew Top Methanol

Suċċess prestiġjuż għal Malta fix-xena internazzjonali tal-motorpsort: Kalanċ Racing Team huma ċ-champions il-ġodda tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Awtomobilżmu – l-FIA – kategorija Top Methanol.

IMG_8815621191841

Chris Polidano u Kalanċ Racing Team ġew iddikjarati champions minkejja li ġew eliminati fir-round ta’ kwalifikazzjoni tal-aħħar tiġrija tal-kampjonat Ewropew tal-FIA fir-Raceway ta’ Santa Pod l-Ingilterra.

Billi l-uniku team li seta’ jilħaqhom fil-klassifika finali – il-Maltin l-oħrajn ta’ Mr Whippy Racing – ġew eliminati wkoll, Kalanċ Racing saru awtomatikament champions.

Chris Polidano b’hekk sar it-tieni sewwieq Malti li rebaħ il-kampjonat Ewropew tal-FIA tad-Dragracing wara Manty Bugeja ta’ Mr Whippy fl-2012.

It-tiġrija f’Santa Pod saret quddiem ħamsin elf spettatur. Minbarra l-Ingilterra, il-kampjonat dan l-istaġun kien mifrux fuq tiġrijiet fl-Iżvezja, il-Finlandja, u l-Ġermanja.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Fernando Alonso, l-Ispanjol darbtejn Champion tad-Dinja, se jirritorna fil-Formula 1 mill-istaġun li ġej baħala sewwieq tal-Formula 1. Alonso, darbtejn Champion tad-Dinja, se jagħlaq 39 sena dan ix-xahar. Alonso kien irtira…

Sports Internazzjonali

Magnus Carlsen għeleb lir-rival tiegħu Anish Giri fil-finali li rat lin-Norveġiż jirbaħ iċ-Chessable Masters Championship. Carlsen ħa battikata biex il-partita marret f’tie break f’finali li kienet bejn l-aqwa minn tliet…

Motorsport

57 sewwieq żgħażagħ, minn 8 snin sa 25 sena, ġew approvati mill-Malta Motorsport Federation (MMF) għall-ewwel fażi tal-Programm ta ’Taħriġ tas-Sewwieqa Żgħażagħ tal-FIA flimkien mal-MMF li beda mit-Tnejn 6 ta’…

Formula 1

Ritorn mill-isbaħ għall-Formula 1 fil-Gand Prix inawgurali tal-Awstrija wara li l-ewwel Grand Prix oriġinalment fil-kalendarju kellhom jkunu kanċellati jew posposti. Il-Ħadd wara nofsinhar spettaklu ta’ sewqan u emozzjonijiet sal-aħħar lap,…

Aktar