Futbol lokali
Draw bejn Floriana u Balzan

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21

BALZAN FC……….0

FLORIANA FC.….0

Punt kull wieħed għall Balzan u Floriana f’partita bi ftit azzjonijiet.

Wara 11 –il minuta logħob xutt fil- baxx ta’ Augustine Loof jigi imblukkat mid-difiża Furjaniża f’korner. Ftit wara kross mil-lemin ta’ Matias Garcia u daqqa ta’ ras ta’ Jose Arias tispiċċa f’idejn Vranes. Fil -31 minuta xutt insidjuż ta’ Kristian Keqi jispiċċa ftit barra. Fil-35 xutt b’saħħtu mil-viċin ta’ Stefan Domic u Ini Akpan idawwar f’korner, ftit wara shotcross ta’ Steve Pisani u Akpan reġa’ mblokka tajjeb.

Fil-51 minuta Kristian Keqi daħal fil-kaxxa ta’ Balzan jixxutja tajjeb pero’ Vranes kien attent u jdawwar f’korner. Fis-56 minuta xutt ieħor ta’ Keqi u Vranes reġa’ salva tajjeb. Fis-67 azzjoni ta’ Garcia li pprova t-tenattiv lejn il-lasti ta’ Balzan pero’ Michael Johnson tajjar il-periklu. Fit-73 minuta kross mix-xellug ta’ Ryan Camenzuli, taħwida taħt il-lasta ta’ Balzan pero’ Vranes salva tajjeb. Minuta mit-tmiem il-partita xutt b’sahhtu ta’ Jose Arias jaħbat mal-lasta u ftit wara xutt ieħor ta’ Arias fil-baxx u Vranes salva tajjeb.

Riżultat finali:  Balzan FC 0. v Floriana FC 0.

Referee: Trustin Farrugia Cann.

BOV Plejer tal-partita:Diego Venancio ( Floriana FC )

Balzan FC.

V.Vranes, A.Loof, S.Arab (N.Frendo 89’), P.Fenech ( S.Cipriott 72’), E.McWoods ( A.Effiong 8’), S.Pisani( Moto 81’), S.Bezzina, M.D.Johnson, U.Ljubomirac, S.Dimic, M.Kamara.

Floriana FC.

I.Akpan, E.Ruiz, D.Venancio, K.Keqi, U.J.Arias, J.Pisani, M.N.Garcia, M.M.Dias, J.Busutill (Siraj Arab 80’), R.Camenzuli, T.Fonseca.

Miktub minn...
TVM Sport
.