Futbol lokali
Draw bejn Floriana u Hibernians, riżultat li ma’ ssodisfa lil ebda tim

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21

Floriana………….1

Hibernians……..1

Hibernians kellhom l-ewwel ċans meta fl-erbatax il-minuta xutt djagonali ta’ Fonseca ġie mblukkat mill-gowlkeeper Cassar. Biex fl-20 minuta l-Pawlisti marru fil-vantaġġ b’xutt il-ġmiel tiegħu minn tarf il-kaxxa ta’ Dunstan Vella. Tmien minuti minn tmiem l-ewwel taqsima xutt fuq id-dawra ta’ Cheveresan għadda ftit barra. Floriana dehru l-aktar fil-ħin mogħti żejjed tal-ewwel taqsima. L-ewwel meta minn cross ta’ Dias daqqa ta’ ras minn Keqi stampat mill-mimduda. U ftit wara xutt ta’ Arias Ulises kien salvat minn Calleja Cremona.

Fit-52 minuta Fonseca sab lil Grech fil-kaxxa iżda x-xutt ta’ dan tal-aħħar kien kompletament żbaljat. Biex fit-58 minuta Floriana kisbu l-gowl tad-draw hekk kif Cheveresan qassam lejn Kristian Keqi bl-attakkant Taljan ta’ Floriana b’xutt il-ġmiel tiegħu jsib ir-rokna tax-xikba. U mas-siegħa logħob xutt angolat fil-baxx ta’ Keqi għadda ftit barra.

Tlett minuti minn tmiem il-partita free kick ta’ Izqueir u daqqa ta’ ras min Iriberri tispiċċa barra. Biex fil-ħin mogħti żejjed ċans għal Floriana minn Siraj Arab iżda x-xutt tiegħu kien salvat minn Calleja Cremona.

Floriana –  A.Cassar, D. Venancio (B. Paiber 54’), N. Leone, K. Keqi, J. Arias Ulises, J. Pisani, M. Garcia, F. Cheveresan, M. Dias, J. Busuttil (S. Arab 76’), R. Camenzuli

Hibernians –  M. Calleja Cremona,F. Apap, L. Almeida (Z. Grech 84’), A. Attard, J. Grech (R. Dos Anjos 74’), J. Degabriele (J. Wilkson 74’), D. Vella, G. Izquier Artiles, A. Agius, I. Iriberri, T. Fonseca (S. Shodiya 63’)

Referee – Malcolm Spiteri 

BOV Player tal-Logħba – Dunstan Vella (Hibernians)

Miktub minn...
TVM Sport
.