Futbol lokali
FILMAT: Draw bejn iż-żewġ promossi

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/2020

Gudja Utd……1

St Lucia……..1

Wara 6 minuti logħob xutt ta’ David Mendoza spiċċa ftit barra. Fl-20 minuta xutt tas-sostitut Omar Elouni ġie salvat mill-goalkeeper Debono. Fis-27 minuta free-kick għas-saints li ngħata minn Gabriel Mentz Bohrer għadda ftit għoli. Tlett minuti qabel spiċċat l-ewwel taqsima wasal l-uniku gowl fil-partita meta Kevin Ante Rosero b’xutt minn barra l-kaxxa għeleb lil goalkeeper Debono.
Żewġ minuti mill-ftuħ ta’ tieni taqsima, free-kick ta’ Nick Borg spiċċa għoli u fil-65 minuta xutt fuq il-ġirja ta’ Rei Tachikawa għadda barra. Fit-80 minuta xutt b’saħħtu ta’ Jake Aidan Friggieri u Caruana dawwar f’korner sabiex Gudja kisbu l-gowl ta’ dro propju fil-ħin barrani meta Escobar waqqa’ lil Winchester fil-kaxxa u mill-penalty Carlos Barroso Santana għeleb lil Caruana.
Riżultat finali: Gudja Utd 1 v Santa Lucia 1.

Referee Emanuel Grech.

BOV Player tal-partita: Kevin Ante Rosero (St.Lucia).

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Il-Kumitat tal-Club tal-Football ta’ Qrendi illum għamilha ċara u ċaħad xnigħat li qed jidhru fil-midja soċjali, li  mhuwiex minnu li ma riedx ikun promoss fil-Kampjonat Premier. Fi stqarraija l-Club qal…

Futbol lokali

Floriana huma champions tal-football Malti wara vot fil-kunsill tal-MFA: u b’votazzjoni separata Tarxien Rainbows se jżommu posthom fil-Kampjonat BOV Premier li l-istaġun li ġej se jkollu sittax-il team. Nadur Youngsters…

Futbol lokali

Il-Kunsill tal-MFA ivvota wkoll favur it-tielet mozzjoni li kien hemm fil-ġurnata u biha Nadur Youngsters FC saru Champions tal-futbol Għawdxi. 55 vot kienu favur din il-mozzjoni, erbgħa kienu kontra u…

Futbol lokali

Floriana FC huma ċ-Champions il-ġodda tal-futbol Malti. Id-deċiżjoni ttieħdet ftit tas-sekondi ilu mill-Kunsill tal-Malta Football Association. Il-voti ntefgħu hekk: 47 favur il-klassifiċi preżenti, 18 kontra, u astjenew 10 persuni. Dan…

Aktar