Futbol lokali
Draw f’logħba bla storja bejn Oratory Youths u Victoria Hotspurs

GFA BOV GFL tal-Ewwel Diviżjoni

Oratory Youths FC  0-0  Victoria Hotspurs FC

Draw bejn Oratory Youths u Victoria Hotspurs fl-aħħar logħba mis-sitt ġurnata tal-Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni fil-gżira Għawdxija.

Il-logħba kienet ikkontrollata mir-referee Emanuel Grech, logħba li ma tantx offriet emozzjonijiet.

B’dan il-punt Victoria Hotspurs laħqu ma’ Sannat Lions fil-klassifika b’5 punti, filwaqt li Oratory Youths baqgħu qabel tal-aħħar b’4 punti.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA