Futbol internazzjonali
Draw f’Ta’ Qali bejn Malta u l-Latvja u jasal l-ewwel punt fil-UEFA Nations League

UEFA NATIONS LEAGUE

Malta….. 1
Latvja….. 1

Draw fit-tieni logħba ta’ Malta fil-UEFA Nations League meta fl-Istadium Nazzjonali l-logħba kontra l-Latvja spiċċat 1-1. Dan id-draw jista’ jitqies bħala wieħed xi ftit diżappuntanti meta fl-ewwel taqsima l-Maltin kienu aħjar mill-avversarji, biss aktar kemm għadda l-ħin aktar naqas ir-ritmu u ż-żewġ timijiet kellhom jikkuntentaw b’punt minn dan il-konfront. Dan kien l-ewwel punt għal Malta kontra l-Latvja f’logħbiet internazzjonali, għaliex fiż-żewġ logħbiet ta’ qabel kienu l-avversarji li dejjem ħadu l-punti massimi.

L-ewwel azzjoni tal-logħba waslet minn Malta meta wara 7 minuti Camenzuli approfitta minn żball fid-difiża avversarja imma x-xutt tiegħu spiċċa stampa mal-wieqfa. Mal-kwarta logħob Malta fil-vantaġġ. Kien Joseph Mbong li qabeż tajjeb lill-avversarju mil-linja tal-lemin, u bi kross fil-baxx qassam lejn Kyrian Nwoko li minn taħt il-goalkeeper ma żbaljax u għamilhom 1-0. Ir-reazzjoni tal-Latvja waslet mal-25 minuta meta mill-corner ta’ Savalnieks, il-ballun ħabat ma’ Guillaumier u spiċċa fir-rokna tax-xibka għal 1-1. Fit-38 minuta Bonello kellu jkun tajjeb sabiex itajjar ix-xutt ta’ Krollis, u mill-azzjoni li segwit fuq in-naħa l-oħra, il-goalkeeper Steinbros kellu jdawwar ix-xutt fil-baxx ta’ Gambin f’corner.

Fit-tieni taqsima l-logħba naqqset mir-ritmu tant li ma kienx hemm azzjonijiet denji ta’ nota, b’ħafna logħob f’nofs il-grawnd li iżda ma sewa għalxejn għall-ebda naħa.

Riżultat finali: Malta 1 Latvja 1
Referee: Stephanie Frappart (mill-Federazzjoni Franċiża)

Malta: Bonello (GK), Camenzuli, S. Borg (Agius) (c), Guillaumier (Pisani), Mbong, Nwoko, Pepe, Teuma, Degabriele (Grech), Gambin, Z. Muscat

Latvja: Steinbors (GK), Dubra, Cemomordijs, Emsis, Ikaunieks, Savajnieks (Rugins), Jurkovskis, Ciganiks, Jaunzems, Zjuzins, Krollis (D. Ikaunieks)

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra

Fil-partita li ntlagħbet kmieni fin-12.30pm, Napoli jegħlbu barra minn darhom lil Parma bi skor ta’ 2-0. L-ewwel taqsima tintemm mingħajr gowls. Napoli jiftħu l-iskor minn Dries Mertens fit-63 minuta. Lorenzo…

Liverpool jirbħu fi Stambfoird Bridge kontra Chelsea bi skor ta’ 2-0. L-ewwel taqsima li ntemmet mingħajr gowls imma fil-50 minuta r-Reds fil-vantaġġ b’gowl ta’ Sadio Mane. L-istess plejer irdoppa għal…

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti tan-nisa, Mark Gatt, sejjaħ skwadra ta’ 20 plejer għall-partita li Malta trid tilgħab kontra d-Danimarka, it-Tlieta li ġej. Il-partita hi valida mill-grupp ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonati Ewropew…

Il-FIFA Club World Cup li kellha ssir f’Doha f’Diċembru li ġej mhux se ssir minħabba l-pandemija COVID-19. Dan kien ikkonfermat il-bieraħ waqt il-Kungress ta’ din is-sena tal-FIFA li sar b’mod…

Aktar