BOV Premier League 2021/22
Draw ġust f’partita kumbattuta bejn Santa Lucia u Gżira United

KAMPJONAT BOV PREMIER 2021/22

Sta Lucia ……..1

Gżira Utd……..1

Gżira kienu ġejjin minn telfa bl-iskor ta’ 3-1 kontra Hibernians filwaqt li Santa Lucia fl-ewwel logħba tagħhom tal-istaġun spiċċaw fi draw ta’ 2-2 kontra Floriana.

Santa Lucia fetħu l-iskor wara 11 il-minuta meta fuq cross ta’ Alan Da Silva Souza kien Gianmarco Conti li bir-ras sab ix-xibka wara li l-ballun ħabat mal-mimduda. Tlett minuti wara r-reazzjoni tal-Maroons hekk kif Martin Davis tefa’ cross fil-baxx minn fuq il-lemin li sab lil Maia iżda x-xutt ta’ dan tal-aħħar kien imblukkat mill-gowlkeeper Archibald. Biex fis-17 il-minuta xutt ta’ Mendoza għaddi ftit għoli. U man-nofs siegħa logħob konklużjoni minn barra l-kaxxa ta’ Correa Duarte għaddiet ftit barra. Tmien minuti minn tmiem l-ewwel taqsima azzjoni personali ta’ Maia spiċċat bix-xutt finali mill-viċin salvat mal-art minn Archibald.

Ħames minuti fit-tieni taqsima xutt ta’ Zach Scerri għadda jħakkek mal-wieqfa. Fil-65 minuta Gżira resqu l-aktar viċin hekk kif daqqa ta’ ras minn Clive Gauci  ġiet maqlugħa minn fuq il-linja minn Prates Rodrigues. Il-Maroons kisbu l-gowl tad-draw sitt minuti mit-tmiem meta wara li Jefferson de Assis twaqqa minn Tanti fil-kaxxa mill-ħdax il-metru Maxwell  Maia kkonverta. Tanti safa mkeċċi peress li din kienet it-tieni karta safra.

Lejn it-tmiem xutt ta’ Davis ħoloq paniku iżda Archibald salva.

Santa Lucia –   J. Archibald, R. Prates, J. Pisani, N. Pulis, G. Conti, P. Silva Mota, A. Da Silva Souza, F. Farias (V. Plut 85’), J. Tanti, V. Filho, K. Xuereb (J. Zerafa 61’) 

Gżira Utd. –    J. Haber, G. Bohrer Mentz, S. Borg, N. Muscat (Z. Scerri 46’), S. Pisani (J. De Assis 46’), M. Davis, N. Portelli (E. Mbong 77’), R. Correa Duarte (C. Gauci 65’), M. Maia, T. Espindola de Paula, J. Mendoza

Referee –   Stefan Pace

BOV Player tal-Logħba –   Maxwell Maia (Gżira)

 

Miktub minn...
TVM Sport
.