Futbol lokali
FILMAT Draw u punt kull wieħed għal Floriana u Hamrun Spartans

Kampjonat BOV Premier 2018/19

Floriana………………..1
Hamrun Spartans…..1

Kienu Floriana li ħolqu l-ewwel periklu wara 3 minuti logħob. Corner ta’ Pisani, daqqa ta’ ras ta’ Cesani li Bartolo dawwar tajjeb ħafna f’corner. Hamrun jirrispondi fis-7 minuta. Tulimieri javvanza, jibdel il-ballun ma’ Darmanin, xutt minn barra l-kaxxa ftit barra.

L-Ispartans reġgħu kienu perikolużi fis-26 minuta. Cross perfett ta’ Tulimieri, daqqa ta’ ras ta’ Darmanin, ballun li jmiss mal-mimduda u jispċċa barra. Hamrun ikomplu jkunu l-aħjar tim u fil-31 minuta Tulimieri jitfa’ cross tajjeb, ħarġa ħażina ta’ Akpan, Calil ikompli lejn Ciriaco bix-xutt ta’ dan imur ftit barra.

Tliet minuta wara, kontra x-xejra tal-logħob, Floriana jmorru fil-vantaġġ. F’kontrattakk veloċi, Oyama jaħrab lid-difiża Ħamruniża u minn qagħda kemmxejn angolata jfajjar xutt b’saħħtu li għeleb lil Bartolo. Floriana fil-vantaġġ. Fit-42 minuta, freekick ta’ Caruana għal Hamrun, Darmanin jogħla fuq kulħadd, daqqa ta’ ras, ballun mal-wieqfa u jgħaddi tul-linja kollha tal-gowl u ma jidħolx. It-tieni taqsima bdiet bil-Ħamruniżi jkomplu fejn ħallew fl-ewwel waħda. Fil-55 minuta, Domoraud għadda l-ballun lejn Tulimieri, il-ballun imdendel tiegħu, Akpan għal darb’oħra jdawwar f’corner.

Floriana ħolqu azzjoni perikoluħa fil-61 minuta. Kontrattakk veloċi, Cesani jagħti lil Agius, xutt tiegħu ftit barra.
Fis-77 minuta, cross ta’ Ciriaco, Akpan itajjar ħażin, Tulimieri minn qagħda tajba xutt mill-ewwel u Akpan jerġa’ jkun pront itajjar il-periklu.  Fil-81 minuta, Hamrun iġibu l-gowl tad-draw. Cross ta’ Tulimieri, daqqa ta’ ras perfetta ta’ Damoroud, ballun fir-rokna tax-xibka.

Referee: Mario Apap
BOV Plejer tal-Logħba:Arthur Henrique Oyama (Floriana)
Attendenza: 438 spettatur

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

KAMPJONAT  BOV PREMIER 2019/20 BALZAN FC……………….2 SLIEMA W. FC…………..1 Sliema ħarġu fuq l-attakk u fir-4 minuta  xutt angulat ta’ Cleangelo Jose Pereira u l-ballun jaħbat max-xibka minn barra.  Fis 17…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 TARXIEN RAINBOWS…..0 MOSTA FC…………………..4 Wara 6 minuti logħob ċans tajjeb għar-Rainbows li setgħu marru fil-vantaġġ, daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ Aleksa Andrejic pero’ l-goalkeeper Andreas Vella…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Gudja Utd…….1 Hibernians……1 Hibernians ġew miżmuma fi dro ta’ 1-1 kontra t-tim promoss ta’ Gudja United li għalihom kienet ukoll l-ewwel logħba uffiċjali fl-ogħla kampjonat Malti….

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Valletta…..2 St Lucia….3 Bidu perfett għat team promoss ta’ Santa Lucija hekk kif fid-debutt irnexxilhom jakkwistaw tlett punti ferm importanti kontra ċ-Champions renjanti Valletta. Wara biss…

Aktar