Dražen Besek jitneħħa minn kowċ ta’ Birkirkara.. għalissa minfloku l-assistant tiegħu Nikola Jaros

RAPPORT – Rodney Vassallo.. RITRATT – Domenic Aquilina

Issa hija uffiċjali l-aħbar li Birkirkara neħħew lill-Kroat Dražen Besek minn kowċ tagħhom.

Id-deċiżjoni ttieħdet wara serje ta’ laqgħat li d-diriġenza mmexxija mill-President l-Avukat Adrian Delia kellha mal-istaff tekniku sakemm l-assistant ta’ Besek, ukoll Kroat, Nikola Jaros aċċetta li jkun is-suċċessur tiegħu.

Nikola Jaros ingħata kuntratt ġdid ta’ sena u nofs u ġie promoss bħala kowċ ġdid tat-team.

Id-deċiżjoni li Besek jitneħħa minn kowċ ta’ Birkirkara ttieħdet wara serje ta’ wirjiet xejn konvincenti u riżulati negattivi specjalment fl-aħħar ġimgħa li fiha Birkirkara sfaw eliminati mill-FA Trophy wara telfa ta’ 3-0 minn St.Andrews, segwita minn telfa ta’ 2-0 fil-Kampjonat kontra Ħamrun Spartans.

Dan l-istaġun ukoll Birkirkara kienu diġa sfaw megħluba mit-team tal-qiegħ Pembroke Athleta.

Din is-serje indifferenti fil-Kampjonat għal Birkirkara taħt il-kowċ Dražen Besek segwiet is-suċċess tas-sajf li għadda meta kien sar l-ewwel klabb Malti li kkwalifika għat-tielet round tal-UEFA Europa League wara li eliminaw lil NK Siroki tal-Bosnija Herzegovina u lil Hearts tal-Iskozja, qabel ma’ sfaw eliminati mit-team b’saħħtu Russu ta’ Krasnodar.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

L-Avukat Angelo Chetcuti huwa d-delegat tal-UEFA tal-ewwel leg tal-kwarti tal-finali tal-partita tal-lejla fi Franza bejn Lyon u Juventus. Chetcuti hu s-Segretarju Ġenerali tal-Malta Football Association u ilu fil-kariga mill-2016 b’deċiżjoni…

Futbol lokali

Ħdax -il player mill-Kampjonat BOV Premier ġew sospiżi logħba mill-kummissarju tad-dixxiplina tal-MFA wara l-logħbiet ta’ tmiem il-ġimgħa. Il-players li ġew sospiżi logħba huma dawn: Nenad Sljivic (Balzan) Matthew Guillaumier (Birkirkara) Enrico…

Futbol lokali

Futbol lokali: Dexter Xuereb huwa r-rebbieħ tal-unur tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Jannar 2020. Xuereb beda l-istaġun ma’ Mosta FC u lejn l-aħħar ta’ Jannar ingħaqad ma’ Gżira United. Anthony Scicluna…

Futbol lokali

MALTA MINI-FOOTBALL LEAGUE 2019/20 White Eagles komplew bil-mixja pożittiva tagħhom sa mill-bidu tal-istaġun meta rreġistraw is-seba’ rebħa konsekuttiva tal-Malta Mini-Football League li qed isir fil-grawnd tal-Marsa. Min-naħa l-oħra r-rivali tagħhom…

Aktar