Motorsport
Drifting: Kampjonat MDA 2017: il-klassifikazzjoni finali
Magħrufa l-klassifikazzjoni finali fil-kampjonat tal-Malta Drifting Association

Jiġi fi tmiemu l-istaġun 2017 tal-isport tal-karozzi tad-drifting bl-aħħar round tal-kampjonat fir-Raceway ta’ Ħal Far: u magħrufa l-klassifikazzjoni finali fil-Kampjonat tal-Malta Drifting Association.

Minkejja diversi sewwieqa neqsin minħabba li diġà qed ilestu l-karozzi tagħhom għall-istaġun li jmiss, l-aħħar round ra diversi battalji nteressanti: b’George Muscat eventwalment jispiċċa rebbieħ quddiem Marisa Grixti u Andrea Fabri.

Preżenti għal din l-aħħar ġurnata l-ex-champion Ewropeja Danielle Murphy tal-Irlanda, li minbarra li saqet, tat daqqa t’id lill-ġurija.

Klassifika finali tal-Kategorija Pro: fl-ewwel post Brian Mifsud, it-tieni Marisa Grixti, u t-tielet George Muscat.

Fil-kategorija tal-Amateurs rebaħ Shawn Pisani, it-tieni ġie Brandon Camilleri, u fit-tielet post Kurt Barbara.

 

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.