Drifting: Melo Żammit jirbaħ il-kategorija Pro fir-raba’ round tal-kampjonat

Drifting: Fi tmiem il-ġimgħa saret ir-raba’ kompetizzjoni tas-sena hekk kif fit-trakka ta’ Hal far reġa’ kien hemm spettaklu kbir u emozzjonijiet quddiem publiku numeruż.

Fil-kategorija street legal kien Philip Grima li rebaħ quddiem Shaw Pisani u Brandon Camilleri li spiċċaw fit-tieni u fit-tielet post rispettivament.

Fil-kategorija Pro Melo Zammit fuq it-Toyota Soarer tiegħu rebaħ din il-kategorija. Segwew hawn fit-tieni post Christian Borg fuq Nissan Silvia u Kenneth Micallef fuq BMW E30 daħal fit-tielet post bi żbrixx meta fl-aħħar għeleb l-isfida tad-driver femminili Marisa Grixti.

Il-Kampjonat issa jkompli l-Ħadd 30 t’Ottubru bil-ħames tappa.

Miktub minn...
TVM Sport
.