BOV Premier League 2021/22
Dro bejn Hibernians u Birkirkara

KAMPJONAT BOV PREMIER 2021/22

Birkkirkara……..1

Hibernians……..1

Kollox jibqa’ l-istess f’ras il-klassifika wara dro ta’ 1-1 bejn B’kara u Hibs. F’partita interessanti ġewwa Tony Bezzina Stadium Kordin, B’Kara u Hibernins ħadu punt kull wieħed f’konfront dirett.
Wara biss żewġ minuti logħob, Bjorn Kristensen kompla lejn Wilfried Domoraud li xxuttja ftit barra fl-14-il minuta azzjoni personali ta’ Thaylor Aldama bix-xutt finali jispiċċa barra ukoll. Fil-25 minuta pass perfett ta’ Bjorn Kristensen lejn Jake Grech bix-xutt ta’ dan jiġi imxellef f’korner mid-difiża karkariża.

Fis-37 minuta il-kross ta’ Luke Montebello qajjam taħwida taħt il-lasti tal Hibs pero finalment Kone salva il-periklu u minuta wara daqqa ta’ ras b’lura ta’ Leandro Almeida u Kone salva b’diffikulta b’għajnuna tal-lasta. Fil 41 minuta B’Kara marru fil-vantaġġ, meta il-kross ta’ Federico Falcone ġie miżmum b’idejn minn Andrea Agius, u Luke Montebello mill-penalty għeleb għal kollox lil Kone. Wara biss żewġ minuti mil-ftuħ ta’ tieni taqsima Hibs kisbu l’gowl ta’ dro, korner li ingħata minn Grech daħal tajjeb Leandro Almeida li b’xutt b’saħħtu għeleb lil Fernandes. Fil-55 minuta cross-shot insidjuż ta’ Thaylor Aldama u Fernandes dawwar f’korner b’diffikulta. Lejn l-aħħar ħinijiet tal-partita ħafna logħob zvolġa f-nofs il-ground biex ir-riżultat baqa dak ta’ 1-1 bejn dawn iż-żewg timijiet.

Riżultat finali : Birkirkara FC 1 v Hibernians 1.

Referee : Ishmael Barbara.

BOV Pleyer tal patita : Bjorn Kristensen ( Hibernians FC ).

Formazzjonijiet:

Birkirkara FC: Daniel Fernandes, Enzo Ruiz ( Claudio Bonanni 65’), Enrico Pepe, Luke Montebello, Paul Mbong ( Yannick Yankam 77’), Kurt Zammit, Federico Falcon( Killian Bevis 77’), Cain Attard, Oscar Carniello, Leandro Aguirre, Jeferson Macedo.
Hibernians FC. Ibrahim Kone, Ferdinando Apap, Leandro Almeida, Raphael Dos Anjos, Jake Grech( Ayrton Attard 92’), Jurgen Degabriele ( Dunstan Vella 73’), Bjorn Kristensen, Thaylor Aldama ( Timothy Tabone 87’), Andrei Agius, Gabriel Artiles, Wilfried Domoraud.

Miktub minn...
Chris Cassar