Oħrajn
Duathlon: Bongailas, Buttigieg jieħdu l-unuri fil-Eurosport Duathlon organizzata minn Agones SFC 

Il-ħames edizzjoni tas-Safi Duathlon, organizzata minn Agones SFC u sponsorjata minn Eurosport Malta, kienet l-ewwel avveniment multisport għall-istaġun tal-2018.

It-tellieqa nżammet f’Ħal-Safi, taħt l-awspiċji tal-Malta Triathlon Federation. Il-punti miksubin min din it-tellieqa kienu validi għal-premju Triathlete of the Year. It-tellieqa,   li kienet diżinjata fuq korsa ċatta, attirat sitta u erbgħin atleta, u kienet tikkonsisti f’ġirja ta’ 4.4 kilometri (2 dawriet), 18 kilometru bir-rota  (8 dawriet) u ġirja oħra ta’ 2.2km (dawra waħda). Minħabba li t-tellieqa kienet fuq sistema draft legal, kien hemm bidu separat għall-Irġiel u n-Nisa.

L-Għawdxi Michael Bongailas issiġilla l-ewwel rebħa tiegħu għall-istaġun meta spiċċa it-tellieqa f’ħin ta’ 55 minuta 47 sekonda. Wara l-ewwel ġirja kien Jesrit Angel Camilleri li rreġistra l-aħjar hin, segwit minn  Bongailas u Malcolm James Vassallo. Fit-taqsima tar-rota, iċ-Ċampjon Nazzjonali tat-Triathlon Graham Borg wera is-saħħa tiegħu f’din id-dixxiplina, meta naqqas id-distakk bejnu u bejn Bongailas u ġab l-aħjar ħin f’din it-taqsima.  Minkejja l-isforzi ta ‘Borg, Bongailas ta spinta determinata biex jegħleb Borg b’erba’ sekondi biss. Il-veteran Kevin Muscat daħal fit-tielet post.

“Il-preparazzjoni tiegħi kienet waħda tajba, kemm mil-lat fiżiku kif ukoll psikoloġiku.  Soddisfatt partikolarment bit-taqsima tar-rota u kuntent li spiċċajt b’ ġirja soda. Il-fatt li kont qed intellaq mal-aqwa triatleta f’Malta, ġagħlitni niġġieled iktar għal-ewwel post” – Michael Bongailas.

Il-Kategorija tan-Nisa rat lil Anjelika Ruggier tagħti prestazzjonijiet b’saħħita fit-taqsima tal-ġiri, fejn hi rreġistrat l-aħjar ħinijiet fost in-nisa. Madankollu, il-prestazzjoni tagħha fuq ir-rota ma kienitx tal-istess livell tal-ġirja u b’hekk spiċċat fir-raba post.  Wirja solida minn Lara Buttigieg fuq ir-rota rata tnaqqas id-distakk u tiggwadanja ħin prezzjuz li ppermettilha tirbaħ it-tellieqa. It-Tieni u t-Tielet post ittieħdu minn Dzintra Grech u Bronwyn Hunter, żewġ uċuh ġodda f’din ix-xena sportiva.

“Tellieqa iebsa, fejn kelli naħdem sew biex  innaqqas id-distakk wiegħsa li Anjelika Ruggier stabbilixxiet fl-ewwel ġirja.  Għalkemm naqqast id-distakk fl-ewwel tranżizzjoni, kelli kompetizzjoni qawwija minn Dzintra Grech li żammet viċin u rrispondiet tajjeb għall-attakki tiegħi. Kien biss f’dawn l-aħħar tliet dawriet li rnexxieli nwessa ‘d-distakk.  Nirringrazzja lil-organizzaturi Agones SFC u Elite Sports Triathlon Training Team għat-taħriġ u appoġġ matul is-sena “- Lara Buttigieg

Fl-aħħar tat-tellieqa saret preżentazzjoni tal-premjijiet lir-rebbieħa mis-Sur Carlo Stivala, Kunsillier fil-Kunsill Lokali ta’ Ħal-Safi u Johann Mifsud, Koordinatur Sportiv ta’Eurosport Malta.

L-impenn li jmiss ta ‘Agones SFC se jkun it-tieni tellieqa tal-Eurosport Malta Trail Running league li se ssir filgħaxija, il-Ġimgħa 16 ta’ Frar.

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Oħrajn

Il-Malti Kurt Fenech safa eliminat fis-semifinali tat-Tazza tad-Dinja tal-logħba FIFA Playstation kontra Mosaad Aldossary tal-Arabja Sawdija, b’dan tal-aħħar li rebaħ anki l-finali u sar Champion tad-Dinja. Fil-finali, Aldossary għeleb lil…

Oħrajn

Il-Malti Kurt Fenech għadda għas-semifinali tal-FIFA eWorld Cup meta għeleb u elimina lil Spencer ‘Gorilla’ Ealing, iċ-Champion tad-Dinja renjanti. Fenech imissu jilgħab kontra r-rebbieħ ta’ Grupp B Mosaad ‘Msdossary’ Aldossary…

Oħrajn

Fin-Norveġja: Luttu hekk kif l-ex champion Olimpika tal-cross country u rebbieħa tal-Midalja tad-Deheb Vibeke Skofterund, mietet fl-età ta’ 38 sena wara inċident sfortunat li kellha bil-jet ski. Il-Federazzjoni Norveġiża tal-iskii…

Sports Internazzjonali

Il-Kumitat Olimpiku Malti ħabbar il-kontinġent li se jirrappreżenta lil Malta fil-Logħob tal-Mediterran li ser jsiru ġewwa Tarragona, Spanja bejn it-22 ta ‘ Ġunju u l-1 ta’ Lulju. Il-Logħob se jaraw…

Aktar