Sport Lokali
Duathlon: Seguna u Galea jiddominaw il-kampjonat nazzjonali

Margaret Seguna u Shaun Galea rebħu it-titlu Nazzjonali tad-Duathlon f’ tellieqa eċċitanti organizzata mil-Federazzjoni Maltija tat-Triathlon bil-kollaborazzjoni ta’ Eurosport Malta. B’ dan it-titlu, Seguna issa rebħet tlieta in fila ma dawk miksuba fl-2017 u l-2018 filwaqt li għal Shaun Galea dan kien l-ewwel titlu f’ din id-dixxiplina fost il-kampjonati nazzjoni li irnexxilu jirbaħ diġa’.

It-tellieqa saret fuq it-toroq li ġew mgħotija wiċċ ġdid riċentement u li kienu iservu ta’ mitjar militari fis-Siġġiewi, filwaqt li l-ġirja saret tul it-trip panoramikafl-inħawi ta’ Għar Lapsi u tal-Providenza. Sa mill-ewwel sekondi tat-tellieqa, Galea ta’ Pembroke Atleta Triathlon & Athletics Club mar fuq quddiem u lesta l-ewwel ġirja ta’ 6.5KM f’ korsa iebsa b’ vantaġġ komdu ta’ 40 sekonda fuq Darrel Schembri tal-istess club u li sar jidher dejjem fuq net tal-kompetizzjoni multisport lokali. Il-korsa qasira taċ-ċikliżmu kif ukoll il-format ‘drafting’ tat-tellieqa firxu it-triq għal-korsa tar-roti eċċitanti ikkaraterizzata minn diversi attakki. Fil-fatt, grupp ta 5 ċiklisti ippruvaw jattakkaw lil Galea u agħmlu ġin aħjar minn tiegħu fuq ir-rota, fosthom Josef Bonavia li rreġistra l-aqwa ħin tal-parti taċ-ċikliżmu. Fit-tieni u l-aħħar ġirja, Schembri irrnexxilu jagħmel l-aqwa ħin iżda ma kienx biċċejjed u Galea rebaħ f’ ħin ta’ siegħa, 8 minuti u 21 sekonda. Fit-tieni post daħal Michael Bongailas ta’ TriGozo b’ distakk ta’ 90 sekonda, filwaqt li Bernard Sant ta’ Mosta Tri Team spiċċa it-tielet 10 sekondi wara Bongailas.

Il-kategorija femminili kienet iddominata mil-atleta Margaret Seguna li għadha kemm ingħaqdet ma’ Mosta Tri Team. Seguna ħarbet fuq quddiem u kellha vantaġġ insormontabbli ta’ 3 minuti fi’ tmiem tal-ewwel ġirja. Fit-tieni post,  Lara Buttigieg ħadmet ħafna fuq ir-rota u irnexxilha tneħħi nofs il-vantaġġ ta’ Seguna hekk kif bdew it-tieni u l-aħħar ġirja, imma Seguna reġa kellha ġirja mpekkabbli u maret biex tirbaħ it-tielet titlu nazzjonali tad-Duathlon sa’ mill-2017 f’ ħin ta’ siegħa, 17 -il minuta u 47 sekonda. Buttigieg daħlet fit-tieni post u Anjelika Ruggier spiċċat fit-tielet post wara żewġ ġirjiet tajbin imma rota pjuttost problematika.

Fil-kategorija tal-etajiet, Debora Desira u Malcolm Vassallo rebħu it-titli ta’ taħt l-20 sena, fiwaqt li Darrel Schembri kien l-ewwel f’ dawk over 20. L-Over 30 ġew mirbuħa minn Maureen Farrugia u Josef Bonavia filwaqt li Marlon Mallia u Miriam Borg Saydon rebħu l-Over 40. Suzanne Farrugia u Brian Magri rebħu it-titlu tal-Over 50 u Victor Calvagna dak tal-Over 60.

Seguna kienet sodisfatta ħafna wara it-tellieqa u stqarret li ‘Ħassejtni b’ saħħti il-ħin kollu tat-tellieqa u allavolja kienet kors diffiċċli, irnexxieli nieħu gost peress li kienet f’ ambjent naturali very sabiħ. Grata ħafna lejn il-Federazzjoni tat-Triathlon li organizzaw tellieqa ta’ livell kif ukoll lejn SportMalta għal-FlexiTraining Scheme. Napprezza ħafna wkoll il-managers tal-Kura Intensiva fl-iSptar Mater Dei fejn naħdem għax dejjem jifhmu l-esiġenżi tiegħi bħala atleta u jissapportjani f’kull ma jkolli bżonn. Issa niffoka fuq it-tellieaq l-aktar important tiegħi dan l-istaġun li huma il-Kampjonati Ewropej li ser isiru fl-Olanda. Galea ukoll kellu l-istess ħsibijiet u stqarr li ‘Din ir-rebħa kienet important ħafna għalija peress li qatt qabel ma rnexxilli nirbaħ dan il-kampjonat tad-duathlon. Ġejt għat-tellieqa b’ attitudni li ridt nattakka mil-bidu sa’ l-aħħar biex nara il-livell ta’ forma fiżika li qiegħed fiha jien u nipprepara għall-istaġun. Din ir-rebħa qed timlieni b’ kuraġġ għat-tlielaq li jmiss speċjalment il-Kampjonat Ewropew li sejjer għalih bis-sapport tal-Federazzjoni u tal-Kumitat Olimpiku Malti.

Triathlon Malta organizzat ukoll 4 tlielaq għaż-żagħżagħ bil-għan li jkompli jikber il-livell tal-iżvillupp tal-isport fix-xena lokali. Dawn it-tlielaq raw numru rekord ta’ tfal jieħdu sehem hekk kif 50 trijatleti ta’ bejn 6 u 16 -il sena ħadu sehem, l-aktar ġejjin mill-MYTA-Malta Youth Triathlon Academy u mil-Club ta’ TriGozo. Fil-Juniors (Kategorija 4) Kienu Pia Zammit u Pavel Dalli li rebħu l-unuri, filwaqt li Kayleigh Abela u Kai Azzopardi rebħu il-Kategorija 3 Juniors. Paul Camilleri u Juilenne Woods daġlu l-ewwel fil-Kategorija 2 Minors filwaqt li il-Kategorija 1 Cadets intrebħet minn Miyah Vella u Aiden Muscat.

Il-Kalendarju multisport ikompli issa b’ diversi tlielaq ta’ formati different bil-Federazzjoni torganizza żewġ kampjonati nazzjonali tal-Aquathlon fid-29 ta’ Ġunju u it-Triathlon Grand Finale fit-13 ta’ Ottubru.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Nhar il-Ħadd li għadda 22 ta’ Ġunju 2019 l-Assoċjazzjoni Sport Mutur u Karozzi kompliet bl-aħħar impenji mil-Kampjonat Nazzjonali Wotomoto Enduro 2018/2019. Din l-aħħar attività ġiet organizzata fil-Barriera tal-Fawwara u dan grazzi…

Table Football

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġie organiżżat il-Major ta’ Iloupoli ġewwa l-Greċja. Il-kompetizzjonijiet tal-kategoriji individwali ġew organiżżati s-Sibt.  Josef Camilleri u Mauro Camilleri ħadu sehem fil-kategorija Open.  Sfortunatament Mauro Camilleri…

Motorsport

Fi tmiem il-Ġimgħa, 111 Off-Road Racing Team magħmul minn Rudy Farrugia bħala Sewwieq u Malcolm Paul Gauci bħala navigatur megħjuna minn Maurice Farrugia, Mark Zahra, David Farrugia, Daniel Grupetta, Stefan Borg Grech, Lana Debono…

Kickboxing

Avveniment ieħor ta’ kickboxing lokali – Gladiators Promotions ser tkun qed ittella’ s-serata Gladiators Fight Night XXIII nhar is-Sibt 29 ta’ Ġunju ġewwa l-Padiljun Sportiv ta’ Kordin. Mistenni lejl interessanti…

Aktar