Motorsport
Duncan Micallef b’appell lill-Prim Ministru u lil Clifton Grima

L-Ex Champion ewropew tat-Top Fuel Drag racing Duncan Micallef lejliet il-Milied għamel appell imqanqal lill-Prim Ministu u lis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Isport Clifton Grima sabiex il-ħolma tiegħu u ta ħafna dilettanti tal-Motorsport f’Malta sseħħ. L-appell hu marbut mal-proġett tal-bini ta’ trakka tal-Motorsport f’pajjiżna.

Fil-filmat Micallef li s-sena l-oħra rebaħ l-unur tal-Isportiv tas-Sena jidher jilgħab bl-scalextric cars hekk kif jgħid li jixtieq li l-ħolma tiegħu issir realta’.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Għadha s-Sibt 19 ta’ Jannar, il-Malta Drag Racing Association, bl-għajnuna ta’ diversi clubs oħra tal-karozzi, fosthom it-360 Motorsport, l-Island Car Club u l-Malta Classic se jorganizzaw il-finali tal-pursuit bil-għan li…

Motorsport

Il-Qatari Nasser Al-Attiyah rebaħ id-Dakar Rally għat-tielet darba fil-karriera tiegħu, meta rnexxielu jispiċċa 46 minuta vantaġġ fil-quċċata tal-klassifika tal-karozzi, filwaqt li l-Awstraljan Toby Price rebaħ il-kategorija tal-muturi. L-għaxar u l-aħħar…

Motorsport

Nasser Al-Attiyah kważi huwa ċert 100% li ser jirbaħ l-edizzjoni tad-Dakar Rally ta’ din is-sena wara li fid-disa’ stadju, l-avversarju tiegħu Stéphane Peterhansel ra l-ħolma tiegħu ttir mar-riħ tad-deżert tal-Peru…

Motorsport

L-Awstraljan Ricky Brabec ra l-ħolma tiegħu tgħib fir-ramel meta problemi fil-makna tal-mutur tiegħu ġegħluh jirtira għat-tieni sena konsekuttiva. Min-naħa l-oħra, tmien stadju mill-aqwa għall-Awstraljan Toby Price li fuq il-KTM irnexxielu…

Aktar