Futbol internazzjonali
Ebda oġezzjoni sabiex jitwaqqa’ San Siro biex isir l-iżvilupp ta’ Stadium ġdid

L-Awtorita’ responsabbli mill-kultura u l-konservazzjoni ta’ Milan ma sabet ebda oġezzjoni fl-applikazzjoni li resqu Inter FC u AC Milan sabiex iwaqqgħu l-Istadium eżistenti ta’ San Siro biex isir il-proġett ta’ bini ta’ Stadium ġdid.

L-Awtorita’ qalet li fiż-żona ma hemm ebda fdalijiet storiċi u allura t-twaqqiegħ jista’ jibda.

Inter u Milan bil-propjetarji tagħhom US fund Elliott u Suning rispettivament għandhom pjan li jinvestu fi Stadium modern bil-faċilitajiet kollha li jinkludu wkoll tisbiħ fiż-żona tal-madwar. Il-pjan hu li jkunu investiti ‘il fuq minn biljun ewro li jikludu wkoll kostruzzjoni ta’ diversi residenzi li se jkunu jistgħu jakkomodaw diversi familji.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Villarreal iffirmaw lill-plejer Ġappuniż Takefusa Kubo b’self mingħand Real Madrid għall-istaġun li ġej. L-aħbar ikkonfermaha l-klabb stess. Kubo, ta’ 19-il sena, kellu wirjiet impressjonanti fil-bidu tal-istaġun li għadda ma’ Real…

Futbol internazzjonali

Il-winger ta’ Borussia Dortmund Jadon Sancho jinsab mal-iskwadra li marret fl-Iżvizzera għal training camp ta’ qabel ma jibda l-istaġun, bil-klabb li qal li l-plejer se jkun qed jibqa’ magħhom għax…

Futbol internazzjonali

Barcelona jinsabu fil-quċċata tal-klabbs Ewropej li għandhom l-aktar salarji għoljien, medja ta’ 12.18 miljun dollaru fis-sena lil kull plejer. Is-sit SafeBettingSites.com ħarġu b’din l-informazzjoni lbieraħ u qalu li fid-dinja hawn…

Futbol internazzjonali

It-Tnejn filgħaxija Liverpool żvelaw li akkwistaw lid-difensur laterali Kostas Tsimikas. Dan kien l-ewwel akkwist tar-Reds f’dan is-suq tat-trasferimenti, u Tsimikas ser ikun qed jikkompeti m’Andy Robertson għal post fuq il-linja…

Aktar