Futbol internazzjonali
Eden Hazard jiskuża ruħu mal-partitarji ta’ Real Madrid wara li nqabad jidħak mal-plejers ta’ Chelsea

L-attakkant ta’ Real Madrid, Eden Hazard, skuża ruħu mal-partitarji ta’ Real Madrid wara li nqabad jidħak mal-plejers ta’ Chelsea hekk kif intemmet is-semifinali tal-UEFA Champions League tat-Tlieta li għadda.

Chelsea għaddew għall-finali wara rebħa ta’ 2-0 fi Stambford Bridge kontra l-Ispanjoli.

Il-Belġjan ta’ 30 sena, u ex plejer ta’ Chelsea, inqabad jiċċajta u jidħak fil-pitch hekk kif sħabu dehru delużi deħlien fid-dressing room wara s-suffara finali.

Fuq instagram, Hazard qal li qatt ma kellu intenzjoni li joffendi lill-partitarji ta’ Real Madrid.

 

Miktub minn...
TVM Sport