Futbol internazzjonali
EFL Cup: Chelsea fil-finali wara li għelbu lit-Tottenham Hotspur bil-penalties

Chelsea huma l-finalisti tal-EFL Cup fl-Ingilterra u wara r-rebħa tal-bieraħ filgħaxija, issa jiltaqgħu kontra l-holders renjanti Manchester City fil-finali. Is-semifinali tal-EFL Cup kellha x-xeħta tad-derby ta’ Londra, u Chelsea riedu jirkupraw gowl wara li fl-ewwel leg kienu ħarġu telliefa bl-iskor ta’ 1-0 f’Wembley Stadium. Il-blu ta’ Londra mal-ewwel fetħu tajjeb għaliex mas-27 minuta N’Golo Kante spara fix-xibka biex għamilhom 1-0. Fit-38 minuta Eden Hazard skorja t-tieni biex sa dak il-ħin l-aggegrate kien 2-1 favur it-tim ta’ Chelsea.

Tottenham wettqu reazzjoni fit-tieni taqsima u Fernandi Llorente naqqas id-distakk għal 2-1 fil-50 minuta u sad-90 minuta baqgħu bl-istess riżultat biex l-aggregate kien dak ta’ 2-2 u allura kellhom imorru l-penalties sabiex jiġi deċiż min ser jagħmilha għall-finali.

L-istorja tal-penalties kienet hekk:

Eriksen (TOT) – skorja
Willian (CHE) – skorja
Lamela (TOT) – skorja
Azpilicueta (CHE) – skorja
Dier (TOT) – falla
Jorginho (CHE) – skorja
Lucas Moura (TOT) – falla
David Luiz (CHE) – skorja

B’hekk Chelsea rebħu fl-għoti tal-penalties bl-iskor ta’ 4-2, għal riżultat finali ta’ 6-3 fi Stamford Bridge u aggregate ta’ 6-4 favur it-tim ta’ Maurizio Sarri.

Il-finali tal-EFL Cup bejn Manchester City u Chelsea tintlagħab nhar il-Ħadd 24 ta’ Frar 2019 f’Wembley Stadium.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Riżultati Serie A it-33 ġurnata: Parma 1 – 1 Milan Bologna 3 – 0 Sampdoria Cagliari 1 – 0 Frosinone Empoli 2 – 4 SPAL Genoa 0 – 1 Torino…

Futbol internazzjonali

Football Internazzjonali: Mill-Premier League Ingliż Manchester City jirbħu 1-0 kontra t-team li eliminhom mill-UEFA Champions League: Tottenham Hotspur. Fl-Etihad Stadium kien Philip Foden li beda l-logħba mal-ewwel ħdax li skorja…

Futbol internazzjonali

Illejla, Juventus jistgħu jsiru ċampjins fl-Italja għat-tmien staġun konsekuttiv meta fl-Allianz Stadium jilqgħu lill-Fiorentina. Dan ser ikun il-35 Scudetto li l-bianconeri ser ikunu rebħu fl-istorja tagħhom, u wara t-telfa kontra…

Futbol internazzjonali

Chelsea, Arsenal, Valencia u Eintracht Frankfurt huma t-timijiet li se jkunu qed jilagħbu fis-semifinali tal-UEFA Europa League. Fil-partiti mit-tieni legs tal-kwarti tal-finali, huma rnexxielhom jikkwalifikaw għall-ispejjeż ta’ Sparta Prague, Napoli,…

Aktar