Futbol internazzjonali
EFL Cup: Gabriel Jesus jiskorja 4 u s-City jserrħu rashom minn post fil-finali b’rebħa ta’ 9-0 fl-ewwel leg

Manchester City diġa’ għamlu ċert minn post fil-finali tal-EFL Cup meta fl-ewwel leg tas-semifinali fl-Etihad Stadium huma taw tkaxkira lit-tim ta’ Burton Albion meta rebħulhom bl-iskor kbir ta’ 9-0. Is-City ma damux biex fetħu l-iskor, għaliex wara biss 5 minuti De Bruyne sab ix-xibka biex għamilhom 1-0. Gabriel Jesus niżżel ismu darbtejn fuq il-lista tal-iskorers f’temp t’4 minuti meta l-ewwel fit-30 imbagħad fl-34 minuta tefa’ l-ballun fix-xibka biex sa dak il-ħin ir-riżultat parzjali kien 3-0. Fis-37 minuta Zinchenko skorja r-raba’ biex sa tmiem l-ewwel taqsima Manchester City diġa’ kellhom vantaġġ komdu t’4-0.

Ix-xalata u goleada ta’ Manchester City baqgħet għaddejja fit-tieni taqsima, b’Gabriel Jesus jiskorja l-hat-trick fis-57 minuta, sakemm iż-żagħżugħ Foden ukoll sab ix-xibka biex għamilhom 6-0. Għal Gabriel Jesus kien fadal gowl wieħed biex b’hekk skorja r-raba’ għalih personali u s-seba’ wieħed għas-City fil-65 minuta, bid-difensur Walker jagħmilhom 8-0 fis-70 minuta. Riyad Mahrez kien l-aħħar plejer li sab ix-xibka meta fit-83 mintua skorja d-disa’ gowl għal Manchester City biex issa fit-tieni leg Pep Guardiola jista’ litteralment jilgħab b’tim totalment differenti għaliex diġa’ rasu mistrieħa li ser jilgħab fil-finali ta’ din il-kompetizzjoni

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Slovan Bratislava tas-Slovakkja u Zbrojovka Brno tar-Repubblika Ċeka se jikkontestaw il-finali tal-ewwel edizzjoni tat-TipSport Malta Cup nhar it-Tnejn li ġej fl-Istadium Nazzjonali Ta’ Qali. Fis-semifinali tal-lum Slovan għelbu lit-team tas-Superliga…

Futbol internazzjonali

Partita drammatika bl-eroj tal-ġurnata ma jkun ħadd għajr il-plejer Portugiż ta’ Wolves Diogo Jota . Wolves daħlu jistrieħu b’żewġ gowls minn fuq bi Diogo Jota jsib ix-xibka wara erba’ minuti…

Futbol internazzjonali

Iċ-champions tax-xitwa tas-Slovakkja u tliet timijiet mir-Repubblika Ċeka jinsabu Malta biex jilagħbu tournament kwadrangulari għat-Tipsport Malta Cup. Is-Slovakki ta’ Slovan Bratislava: u Mlada Boleslav, bħalissa fl-għaxar post fis-Superliga Ċeka, flimkien…

Futbol internazzjonali

Gianluigi Buffon, il-gowlkiper ta’ Parsi St Germain, qal li xtaq jibqa’ ma’ Juventus biex ikun jista’ jilgħab ma’ Cristiano Ronaldo iżda d-destin ried mod ieħor. Buffon qal dan f’intevista li…

Aktar