Futbol internazzjonali
EFL Cup: Tottenham H. jirbħu l-ewwel leg tas-semifinali bit-teknoloġija tal-VAR xejn ma tinżel tajjeb maż-żewġ maniġers

F’Wembley Stadium, Tottenham Hotspur rebħu l-ewwel leg tas-semifinali tal-Carabao Cup meta għelbu lit-tim ta’ Chelsea bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl wasal minn penalty ta’ Harry Kane fis-27 minuta wara li ttieħdet deċiżjoni bil-VAR li qiegħda tintuża’ bi prova f’din il-fażi tal-kompetizzjoni.

Għalkemm l-Ispurs approfittaw mill-użu ta’ din is-sistema, il-maniġer Mauricio Pochettino qal li għalkemm l-użu tat-teknoloġija fil-logħba tal-futbol huwa tajjeb, biss il-VAR qiegħda toqtol l-emozzjonijiet fil-logħba, għaliex biex ingħataw penalty damu l-isbaħ ħames minuti jistennew.

Fuq in-naħa l-oħra, il-maniġer ta’ Chelsea Maurizio Sarri qal li bħala nazzjon, l-Ingilterra għadha mhijiex lesta għall-introduzzjoni tal-VAR u dan ċar minn dak li ġara waqt il-logħba, għaliex qabel l-azzjoni tal-penalty, l-istess Kane kien f’pożizzjoni t’offside, tant li l-assistent uffiċjal waqaf jiġri u d-difensuri ta’ Chelsea ħasbu li l-logħob ser jieqaf għal offside.

Illum Manchester City jilagħbu kontra Burton Albion fid-20:45 fl-Etihad Stadium, filwaqt li t-tieni leg ta’ dawn is-semifinali jintlagħab fit-22 ta’ Jannar.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

L-ex stilla Arġentin Diego Armando Maradona kien imwaqqaf l-ajruport ta’ Buenos Aires u aktar tard kien arrestat wara li l-ex maħbuba tiegħu qiegħda tfittxu bil-Qorti. Rapporti li ħerġin mill-Arġentina qegħdin…

Futbol internazzjonali

Tkompli tikber il-probabilità li Antonio Conte jinħatar kowċ t’Inter matul il-ġimgħa d-dieħla, ftit tal-jiem wara li jintemm dan l-istaġun. Inter mistennija jilagħbu l-aħħar logħba tal-istaġun 2018/19 nhar il-Ħadd li ġej…

Futbol internazzjonali

Id-deċiżjoni hija finali. L-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2022 ser tkun bi 32 tim. Id-deċiżjoni kienet komunikata mill-FIFA fejn intqal li wara konsultazzjoni wiesgħa u komprensiva, ġie konkluż li fiċ-ċirkostanzi preżenti, il-proposta…

Futbol internazzjonali

Wara t-tmiem tal-Bundesliga fejn Borussia Dortmund spiċċaw fit-tieni post tal-klassifika, huma ma ħlewx ħin sabiex jibdew isaħħu l-iskwadra għall-istaġun li ġej għaliex fi ftit sigħat ħabbru tliet trasferimenti. L-ewwel trasferiment…

Aktar