Futbol internazzjonali
EFL Cup: West Ham jeliminaw lill-holders Manchester City; Liverpool u Tottenham jirbħu

It-timijiet il-kbar rebħu kollha fil-partiti mir-rawnd tal-aħħar 16 tal-EFL Cup li ntlagħbu tard l-Erbgħa filgħaxija.

West Ham eliminaw lil Manchester City wara l-għoti tal-penalties bi skor ta’ 5-3. Il-partita ntemmet fi draw ta’ mingħajr gowls.

Liverpool għelbu barra minn darhom lil Preston Noth End bi skor ta’ 2-0. Minamino fetaħ l-iskor fit-62 minuta u Origi għamilhom 2-0 sitt minuti mit-tmiem.

Tottenham għelbu barra minn darhom lil Burnley bi skor ta’ 1-0. Il-gowl tal-partita skurjaħ Moura fit-68 minuta.

Leicester kwalifikaw wara li għelbu lil Brighton bl-għoti tal-penalties meta sal-ħin regolamentari l-partita ntemmet bi skor ta’ 2-2. Barnes fetaħ l-iskor wara 6 minuti għall-Foxes u Webster għamilhom 1-1 tliet minuti fuq il-ħin tal-ewwel taqsima u ftit sekondi wara, lookman reġa poġġa lil Leicester fil-vantaġġ. Mwepu għamilhom 2-2 fil-71 minuta. Il-partita marret għall-penalties u kienu Leicester li kwalifikaw bl-iskor ta’ 4-2.

Brentford kwalifikaw ukoll wara li għelbu barra minn darhom lil Stoke bi skor ta’ 2-1.

Miktub minn...
TVM Sport