Billiards
Eight Ball: Lydan Debono jilgħab it-tielet rawnd tal-Kampjonat Dinji llum wara nofsinhar

Lydan Debono, il-plejer Malti tal-Eight Ball, jilgħab dik li hi forsi l-aktar logħba importanti fil-karriera tiegħu, illum wara nofsinhar, fit-15.00.

Il-logħba hi valida mit-tielet rawnd tal-Kampjonat Dinji tal-Eight Ball u r-rebbieħ javvanza għall-kwarti tal-finali.

Debono se jilgħab kontra Neil Raydone, il-plejer numru 3 fir-rankings mondjali tal-Eight Ball.

Il-kampjonat dinji tal-Eight Ball qed jingħata prominenza kbira fir-Renju Unit u l-logħba ta’ Debono se tixxandar diretta fuq Sky UK 422 u stmata li se jsegwuha minn fuq it-televiżjoni aktar minn nofs miljun persuna.

Illejla, fis-19.00, Ivan Rizzo jilgħab ukoll logħba importanti fil-kategorija tas-Seniors kontra Marc Pickworth.

Il-Kampjonat Dinji tal-Eight Ball qed jintlagħab fi Bradford, fl-Ingilterra u beda t-Tlieta li għadda u jintemm il-Ħadd li ġej.

Minbarra Debono u Rizzo, Malta qed tkun rappreżentata wkoll mill-plejer Raymond Caruana.

It-tournament mondjali qed jipparteċipaw fih aktar minn 120 plejer minn diversi pajjiżi differenti, b’fuq quddiemnett dawk tar-Renju Unit.

Malta qed tipparteċipa f’erba’ kategoriji li huma l-Men’s Open, is-Seniors, il-Men’s Doubles u s-Seniors Doubles.

 

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Billiards

Clint Azzopardi għeleb lil Johan Attard fil-finali tal-aħħar tax-xahar tal-eight ball li ntlagħbet ilbieraħ. Il-finali kienet waħda interessanti ħafna b’Azzopardi li mar 4-0 minn fuq iżda Attard għamel il-frames 4-3….

Billiards

It-tim ta’ San Ġwann Boċċi Club huma r-rebbieħa tal-Christmas Cup tal-Kampjonat Premier u tal-1 Diviżjoni wara li għelbu lil BreakWaters Bar bl-iskor ta’ 11-8. Il-finali laħqet l-aspetattiva mistennija, bit-tim tal-BreakWaters…

Snooker

L-Aqwa plejers tal-Billiards minn madwar id-dinja inġabru f’Pariġi f’attenntat li l-logħba tal-Billiards tkun inkluża bħala dixxiplina olimpika għall-olimpijadi tas-sena 2024 li se jsiru ġpropju fil-kapitali Franċiża. Il-mira ta’ kull dixxiplina…

Billiards

Lydan Debono u Clint Azzopardi huma ċ-Champions tal-Blackball fil-kategorija Doubles tal-irġiel hekk kif dawn irnexxielhom jirbħu l-kampjonati tad-Dinja li kien qed isiru f’Birdlington fl-Ingilterra. Il-koppja Maltija Debono u Azzopardi rebħu…

Aktar