X

Eightball: Breakwater Bar jirbħu s-Super Cup

Story Published

Fl-Eightball saru l-aħħar finali tat-teams tal-istaġun 2018/19 hekk kif Breakwater Bar rebħu wkoll is-Super Cup meta fil-finali huma rebħu lil San Ġwann Boċċi 11-8.
San Ġwann Boċċi ‘C’ intant rebħu Super Cup tat-tieni u tat-tielet Diviżjoni meta rebħu 11-8 kontra Duke of Connaughts OBC ‘A’.
Intant ir-rebbieħa tat-tieni ranking tournament fuq bażi individwali kienu dawn: Maverick Zammit rebaħ fil-finali kontra Gary Carr 10-9, Raymond Caruana rebaħ il-finali tat-tieni ranking tal-Over 40 meta rebaħ kontra Edmund Fenech 10-2 u fil-kategorija U23 kien Miguel Amato li fil-fnali rebaħ lil Owen Amato 10-9.