Olimpijadi TOKYO 2020
Eleanor Bezzina tieħu sehem fl-Isparar Rapidu fl-Olimpjadi ta’ Tokjo

Aktar kmieni dalgħodu daħlet ukoll fl-azzjoni fl-Olimpjadi ta’ Tokjo t-tiratriċi Maltija Eleanor Bezzina. Hija kienet qed tieħu sehem fir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-Isparar Rapidu fuq distanza ta’ 25 metru.

Bezzina batiet xi ftit tant li spiċċat fil-41 post minn 44 tiratriċi. Hija kellha tliet sparaturi u għamlet 91, 92 u 93, għal total ta’ 276 punt.

Eleanor Bezzina kienet ukoll fl-azzjoni lbieraħ, fl-Isparar ta’ Preċiżjoni u ġabet 289 u spiċċat fis-17-il post minn 44 tiratriċi.

B’hekk ġiet fi tmiemha l-esperjenza tal-atleti Maltin fl-Olimpjadi ta’ Tokjo.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA