Sparar
Eleanor Bezzina tirbaħ ir-raba’ round tal-mixed Air Pistol

Eleanor Bezzina rebbieħa tal-midalja tal-fidda fl-Air Pistol fil-logħob tal-pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa f’San Marino, fi tmiem il-ġimgħa rebħet ir-raba’ avveniment tal-mixed Air Pistol organizzat mill-Malta Air Rifle & Pistol Club.

Fil-kompetizzjoni 10metres Air Pistol il-kompetituri riedu jisparaw 60 tir f’siegħa u kwart. Fl-ewwel fażi Bezzina kellha 571 minn 600 punt segwieta minn Stephen Vassallo b’544 punt,  Antoine Attard b’537 punt.

Eventwalment fil-finali rebħet Eleonor Bezzina fit-tieni post spiċċa Antoine Attard u fit-tielet post Stephen Vassallo.

Fil-Kompetizzjoni Air Rifle ir-rebbieħ kien William Vella.

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Sparar

DIRETT: Tazza tad-Dinja tal-Isparar ISSF 2018 Tkompli t-Tazza tad-Dinja tal-Isparar f'Malta Jidħlu fl-azzjoni William Chetcuti, Brian Galea, Mario Buhagiar, Żaren Attard u Gianluca Chetcuti fit-Trap Geplaatst door Television Malta op…

Sparar

It-Tnejn ingħata bidu għall-kompetizzjoni tat-Trap tan-Nisa, bl-ewwel ġurnata ta’ kwalifikazzjoni, fejn kienet fl-azzjoni t-tiratriċi Maltija Michaela Galea. Fl-ewwel round hi laqtet 21 plattina minn 25, 18-il waħda minn 25 fit-tieni…

Sparar

It-Tazza tad-Dinja tal-Isparar tal-ISSF Malta 2018 tkompli għada t-Tnejn 11 ta’ Ġunju. Għada t-Tnejn tidħol fl-azzjioni t-tiratriċi Mikaela Galea bl-ewwel round ta’ kwalifikazzjoni tat-Trap b’xandira diretta fuq TVM2 mit-8am b’kummentarju ta’ Sandro Micallef….

Sparar

L-Amerikan Vincent Hancock rebaħ il-Midalja tad-Deheb fil-kompetizzjoni skeet tal-irġiel fl-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-ISSF li qed issir f’Malta. F’finali mill-isbaħ, Hancock irnexxielhu jirbaħ l-isfida tal-Eġizzjan Azmy Mehelba li rebaħ il-Midalja tal-Fidda…

Aktar