Sparar
Eleonor Bezzina u Gianluca Azzopardi Spiteri jirbħu l-Lawrence Darmanin Challenge Cup

Sport tal-Isparar: Eleonor Bezzina u Gianluca Azzopardi Spiteri rebħu l-kompetizzjonijiet rispettivi tagħhom fil-Lawrence Darmanin Challenge Cup organizzata mill-Malta Air Rifle and Pistol Shooting Club.

Fil-Larry Vella Hall indoor range tal- Bidnija fil-kategorija 10 metri Air Pistol Bezzina kienet segwieta minn Stephen Vassallo u Raymond Cacciattolo li spiċċaw fit-tieni u fit-tielet post rispettivament.

Fil-kategorija Air Rifle mirbuħa minn Gianluca Azzopardi Spiteri segwew Alison Formosa u Michael Xuereb.

Miktub minn...
TVM Sport
.