Futbol lokali
Elezzjoni MFA: Dr Chris Bonett u Bjorn Vassallo, flimkien fi programm speċjali, illejla fid-21.00 fuq TVM2

Dr Chris Bonett u Bjorn Vassallo, iż-żewġ kontestanti għall-kariga ta’ President tal-Malta Football Association, illejla se jkunu flimkien fi programm speċjali li jixxandar fuq TVM2 mid-21.00 ‘il quddiem.

Bonett u Vassallo għandhom elezzjoni bejniethom għall-ogħla kariga fi ħdan il-futbol Malti.

Din l-elezzjoni se ssir is-Sibt li ġej fil-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Assoċjazzjoni.

Fil-programm tal-lejla, li se jitmexxa mill-ġurnalist sportiv Mark Attard, iż-żewġ protagonisti se jitkellmu fuq il-viżjoni li beħsiebhom jimplimentaw, jekk kemm-il darba jinħatru fil-kariga, tlett ijiem oħra.

L-Avukat Bonett u Vassallo ħadmu flimkien fl-istess perjodu fil-kariga fil-kariga ta’ Viċi President u Segretarju Ġenerali tal-MFA, bejn l-2010 u l-2016.

It-tnejn li huma ħadmu wkoll fl-ogħla istituzzjonijiet tal-futbol, fil-UEFA u fil-FIFA.

Fil-LĠA tas-Sibt li ġej, hemm 139 vot eliġibbli biex tinħatar l-amministrazzjoni tal-MFA.

106 voti ġejjin mill-klabbs lokali kollha mentri t-33 l-oħra ġejjin mill-Assoċjazzjonijiet Membri fi ħdan l-MFA.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Ir-referee Għawdxi Mario Apap inħatar bħala l-President il-ġdid tal-Malta Football Referees Association. Hu inħatar waqt laqgħa ġenerali oħra tal-assoċjazzjoni. Ishmael Barbara inħatar bħala Segretarju filwaqt li fir-rwol ta’ Viċi President,…

Futbol lokali

FUTBOL LOKALI Gżira United ippreżentaw l-iskwadra tagħhom għall-istaġun li ġej waqt konferenza stampa li saret ilbieraħ filgħaxija f’post tad-divertiment f’Tas-Sliema. Il-Maroons, li spiċċaw fit-tielet post tal-klassifika kemm fl-istaġun li għadda…

Futbol lokali

Sliema Wanderers ħabbru li akkwistaw lill-plejer mill-Arġentina Juan Cruz Gill. Id-difensur, li għandu wkoll ċittadinanza Taljana, lagħab f’pajjiżna ma’ Valletta u Tarxien Rainbows. Fil-passat, Crus Gill lagħab fil-Premier Division fl-Arġentina…

Futbol lokali

Federico Falcone, l-ex plejer ta’ Valletta FC, mil-lum sar plejer ta’ Birkirkara. Falcone ffirma kuntratt ta’ sentejn. B’dan l-akkwist, Birkirkara se jkomplu jsaħħu l-iskwadra fit-tentattiv li jirbħu l-kampjonat fl-istaġun li…

Aktar