Futbol lokali
Elezzjoni MFA: It-tliet Viċi Presidenti attwali jitfgħu n-nomina tagħhom…mistennija jikkontestaw tlieta oħra

It-tliet Viċi Presidenti attwali tal-Malta Football Association reġgħu ġew nominati mill-klabbs u l-Assoċjazzjonijiet Membri biex jikkontestaw l-elezzjoni li se ssir fil-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-20 ta’ Lulju.

TVM Sport jinsab infurmat li Ludovico Micallef, Alex Manfre’ u Matthew Paris, ġew innominati minn diversi klabbs biex jerġgħu jikkontestaw din l-elezzjoni.

Kif kien żvela diġà xhur ilu, TVM Sport jinsab infurmat li fil-jiem li ġejjin se jkunu nominati minn tal-inqas tliet persuni oħra għal dawn it-tliet karigi ta’ Viċi Presidenti.

Dawn huma Cory Greenland, f’isem Marsascala FC; Peter Fenech, f’isem Lija Athletic FC u Adrian Casha, ex Direttur tar-referees tal-MFA.

Paul Zammit, f’isem il-klabb ta’ Melita FC mhux se jkun qed jikkontesta.

It-terminu tal-karigi ta’ Viċi Presidenti tal-MFA jiskadi ma’ dak ta’ President tal-MFA fl-20 ta’ Lulju liu ġej.

S’issa għall-kariga ta’ President tal-MFA ħabbru li se jikkontestaw Dr Chris Bonett, ex Viċi President u Bjorn Vassallo, ex Segretarju Ġenerali.

TVM Sport jinsab infurmat li jista’ jkun li ssir elezzjoni wkoll għall-kariga ta’ Teżorier tal-MFA li fil-preżent hi okkupata minn Ivan Mizzi.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Kampjonat BOV Premier 2019/2020 Ħamrun ………0 Floriana ………0 Kien dwell bejn żewġ kowċis Taljani Enzo Potenza ta’ Floriana fuq naħa u Manuele Blasi ta’ Ħamrun fuq oħra. Floriana kienu għadhom…

Futbol lokali

Bejn il-Ġimgħa u t-Tnejn filgħaxija tintlagħab il-11-il ġurnata tal-Kampjonat BOV Premier. Floriana jibqgħu l-uniku tim bla telfa s’issa fil-kampjonat u fil-logħba tal-Ġimgħa filgħaxija jittamaw li jirnexxilhom jieħdu l-punti kontra l-Ispartans…

Futbol lokali

It-telfa ta’ 2-1 ta’ Malta kontra n-Norveġja f’Ta’ Qali nhar it-Tnejn kienet l-aħħar waħda ta’ Ray Żażu Farrugia fit-tmexxija tat-team nazzjonali Malti. Fi stqarrija maħruġa dalgħodu, il-Malta Football Association ħabbret…

Futbol lokali

KAMPJONAT EWROPEW U21 – GRUPP 8 TA’ KWALIFIKAZZJONI DANIMARKA….5 MALTA…………..1 Telfa kerha għat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena kontra d-Danimarka bi skor ta’ 5-1 f’partita minn Grupp 8 ta’…

Aktar