Motorsport
Elfyn Evans l-aktar veloċi fl-ewwel tliet stadji tar-Rally tal-Katalunja

Il-Brittaniku Elfyn Evans kien l-aktar veloċi fl-ewwel tliet stadji tar-Rally fil-Katalunja matul il-ġurnata tal-Ġimgħa. Is-sewwieq minn Wales fetaħ 7.9 sekondi vantaġġ fuq Thierry Neuville, b’Sebastien Ogier jinsab 12.6 sekondi ‘l bogħod minn sieħbu tal-istess tim tat-Toyota.

Dan hija t-tellieqa ta’ qabel tal-aħħar fir-Rally għal din is-sena, u Ogier jinsab fil-quċċata tal-klassifika b’205 punti. Elfyn Evans jinsab fit-tieni post b’14-il punt inqas mill-Franċiż u għandu 191 punt. Thierry Neuville jinsab it-tielet b’148 punt.

Elfyn Evans huwa l-uniku sewwieq li jista’ jżomm lil Ogier milli jirbaħ it-tmien Kampjonat tar-Rally fil-karriera tiegħu f’Katalunja.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA