Gymnastics
Ella Borg tikkompeti fl-Islovenja u tasal sal-fażi finali

Jinbeda ċiklu ġdid tal-ġinnastika wara l-Olimpjadi ta’ Tokjo bi preparazzjoni għall-Olimpjadi ta’ Pariġi 2024.

L-ewwel kompetizzjoni saret f’Koper, l-Islovenja, fejn il-ġinnasta Maltija Ella Borg ħadet sehem b’riżultat sodisfaċenti. Din kienet l-ewwel esperjenza għal Borg f’kompetizzjoni ta’ livell tant għoli u l-ewwel waħda wara l-waqfa minħabba l-pandemija tal-Covid-19.

Borg ikkompetiet fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni fejn kellha dawn ir-riżultati:

Bars Uneven – 9,200 punt (16-il post)

Beam – 11,050 punt (18-il post)

Floor – 11,750 punt (11-il post)

Bir-riżultati li kisbet fil-Beam u l-Floor irnexxielha tagħmilha għall-fażi finali.

L-esperjenza li jmiss għal Ella Borg ser tkun f’kompetizzjoni internazzjonali tal-FIG f’Keerpergen, il-Belġju.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA