Tennis
Emma Raducanu lura f’pajjiżha wara li rebħet l-Open tal-Istati Uniti

Iċ-champion tal-Open tal-Istati Uniti Emma Raducanu tkellmet dwar l-aħħar jiem li matulhom għaddiet minn emozzjonijiet kbar. Wara li s-Sibt li għadda rebħet l-Open tal-Istati Uniti wara li għelbet lill-Kanadiża Leylah Fernandez, il-Brittanika ma marritx mal-ewwel lura d-dar. Hija kellha ċ-ċans li żżur numru ta’ stazzjonijiet tat-televixin fl-Istati Uniti, marret il-Wall Street Stock Exchange u saħansitra attendiet għall-avveniment tal-moda Met Gala.

Raducanu bdiet l-Open tal-Istati Uniti fil-150 post fir-rankings dinjija, fit-tieni Grand Slam tal-karriera tagħha. Meta ħadet sehem għall-ewwel darba fl-Open ta’ Wimbeldon irnexxielha tasal sat-tielet rawnd.

F’kummenti li tat mal-wasla tagħha d-dar, Raducanu qalet li kellha ċ-ċans terġa’ tara l-finali, u ma setgħetx temmen li kienet hija nnifisha li rebħet it-titlu. Bir-rebħ tal-Open tal-Istati Uniti hija sparat fit-23 post tar-rankings dinjija.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA