Sparar
Emmanuel Bugeja jirbaħ l-MSSF Ġorġ Bugeja Memorial Trap Grand Prix

Nhar is-Sibt u l-Ħadd li għadda saret rebaħ l-MSSF Ġorġ Bugeja Memorial Trap Grand Prix, 2021.

Emmanuel Bugeja rebaħ it-Trap Grand Prix, bi Brian Galea jispiċċa t-tieni. James Galea Jr spiċċa t-tielet fil-klassifika finali, f’kompetizzjoni li saret fil-Qormi Clay Shooting Club, u ttelgħet fuq jumejn, b’75 plattina s-Sibt, u 50 plattina u l-Finali, l-għada l-Ħadd.

Emmanuel Bugeja b’total ta’ 119/125; Brian Galea 114/125 +1 shoot off; James Galea Jr. 114/125; Rennie Deguara 110/125; George Mifsud 108/125; u Michael Grech 103/125.

Ir-Riżultati uffiċjali wara l-finali kienu:
1. Emmanuel Bugeja 44/50
2. Brian Galea 41/50
3. James Galea Jr. 33/40
4. George Mifsud 29/35
5. Michael Grech 21/30
6. Rennie Deguara 15/25

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA