Olimpjadi Pariġi 2024
Emmanuel Macron iżur is-sit fejn qed jinbena l-Villaġġ Olimpiku għall-2024

Il-President Franċiż Emmanuel Macron żar is-sit ta’ kostruzzjoni fejn ser jinbena l-Villaġġ Olimpiku għall-Olimpjadi 2024 li ser isiru f’Pariġi. Il-Villaġġ Olimpiku ser jinbena fil-villaġġ ta’ Saint Ouen, sobborg fit-tramuntana tal-belt kapitali Franċiża.

Il-Villaġġ Olimpiku ser jikkonsisti f’31 binja fuq 44 ettaru t’art u ser jaqsam ix-xmara Seine. Ir-rapporti li ħerġin minn Franza qed jgħidu li l-proġett huwa sostenibbli għaliex 94% tal-materjal li ser jintuża ser ikun riċiklat. Barra minn hekk, l-emissjonijiet tal-karbonju ser jitnaqqsu b’50% minn dawk preżenti.

B’kollox ser jinfetħu 3,600 impjieg sabiex isir ix-xogħol fuq il-Villaġġ Olimpiku, bil-kap tal-proġett Nicolas Ferrand jgħid li b’kollox ser jitħaddmu 11,500 persuna fit-tliet snin li ġejjin.

Huwa stmat li l-Villaġġ Olimpiku ser jospita mill-15,000 atleta fl-Olimpjadi 2024.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Aktar