Olimpijadi TOKYO 2020
Emmanuel Macron jiltaqa’ mal-atleti Franċiżi li pparteċipaw fl-Olimpijadi u l-Paraolimpijadi

Il-President Franċiż Emmanuel Macron iltaqa’ mal-atelti li rrapreżentaw lil Franza fl-Olimpjadi u l-Paraolimpijadi

Macron qal li l-atleti jistgħu jagħmlu aktar progress qabel l-edizzjoni li jmiss f’Pariġi ta’ 3 snin oħra.

Macron ammetta li r-riżultati li akkwistaw l-atleti Franċiżi ma kienux dawk li lkoll xtaqu u li hu personalment pretenda ħafna aħjar.

Macron qal dan ftit qabel il-preżentazzjoni ta’ unuri lill-atleti kollha.

Franza rebħu total ta’ 33 midalji fl-Olimpijadi u 54 midalja fil-Paraolimpijadi.

 

Miktub minn...
TVM Sport